Avviżi – 07.12.2025 – It-Tieni Ħadd tal-Avvent
- Illum:
- F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali. Nistedinkom tgħaddu wara l-quddiesa.
- It-Tnejn 08/12, Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni:
- Fid-9.30am – Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li fiha s-seminarista Daniel Abela, mill-parroċċa tagħna, se jintlaqa’ b’mod uffiċċjali mill-Arċisqof bħala kandidat għas-saċerdozju. Għal dawk li jixtiequ jkunu preżenti se norganizzaw trasport li jitlaq minn ħdejn l-għassa fit-8.15am. Min hu mħajjar jinkiteb fis-sagristija.
- It-Tlieta 09/12:
- Fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- L-Erbgħa 10/12:
- F’Dar Dun Ġwann Abela, jiftaħ il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa li jibqa’ għaddej sal-Ħadd 14/12.
- Il-Ħamis 11/12:
- Fis-7.00pm ikollna adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Is-Sibt 13/12:
- Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu sa nhar l-Erbgħa fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- It-Tnejn 15/12: Tibda n-Novena tal-Milied:
- Fil-jiem ta’ matul il-ġimgħa din issir darbtejn kuljum fil-Knisja:
- Filgħodu wara l-quddiesa tas-7.30; u
- Filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.30pm, u fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li se jitqassam fid-djar bid-dettalji u anke fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’.
- Tul il-jiem tan-Novena aħna mħeġġa nuru aktar ġenerożità mal-persuni u familji fil-bżonn billi nikkooperaw fl-inizjattivi ta’ karità li l-parroċċa qed tinkoraġixxi f’dawn iż-żminijiet. Dawn jinkludu l-ġbir ta’ oġġetti tal-ikel u affarijiet essenzjali li jistgħu jitħallew fil-kaxxi ħdejn il-bibien tal-ġnub tal-Knisja u l-għoti ta’ rigali lit-tfal li jgħixu f’Dar Fra Diegu. Min jixtieq jgħin fix-xiri ta’ dawn ir-rigali għandu jkellem lill-membri tal-Kummissjoni Tfal. Inħeġġu wkoll iż-żjarat lill-morda fl-isptarijiet, lill-anzjani fi djar residenzjali u nkunu ta’ wens għal min jinsab waħdu.
- It-Tlieta 16/12:
- Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza buffett breakfast tal-Milied f’lukanda f’San Ġiljan. Kitba għand il-membri tal-grupp.
- Avviżi oħra:
- Il-parroċċa ser torganizza kompetizzjoni għall-isbaħ presepju u tieqa u faċċati mżejna. Fil-kompetizzjoni tal-presepji ser ikollna żewġ kategoriji: tat-tfal u tal-kbar. Dawk interessati jieħdu sehem iħallu isimhom għand l-Arċipriet jew fis-sagristija.
- Fid-djar tqassmu l-biljetti tal-lotterija tal-Milied organizzata mill-Kumitat Festa Esterna. Id-dettalji jinsabu kollha mal-envelope li tqassam mal-biljetti.
- Fis-sagristija qed jittieħdu l-bookings għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li ser norganizzaw għall-kulħadd nhar it-Tnejn 29/12. Nitilqu fit-8.00am minn Ħad-Dingli u niġu lura mal-vapur tal-7.30 pm. Se nibew bil-quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu u wara se nżuru diversi lokalitajiet u jkollna wkoll inkluża l-ikla ta’ nofsinhar.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 137 bħala donazzjonijiet għall-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali. Grazzi.



Ikkummenta