avvizi parrocca

Avviżi – 14.12.2025

Avviżi – 14.12.2025  –  It-Tielet Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 14/12:
    • F’Dar Dun Ġwann Abela, għaddej il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa. Inħeġġukom tagħtu titwila.
    • Wara l-quddiesa tad-9.30am jitbierek il-presepju tal-Knisja.
  2. It-Tnejn 15/12 tibda n-Novena tal-Milied:
    • Matul il-ġranet tal-ġimgħa, in-Novena fil-Knisja ssir darbtejn kuljum:
      • wara l-quddiesa tas-7.30am; u
      • waqt il-quddiesa tas-6.30pm, li fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali.
      • Is-Sibt u l-Ħadd, issir wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
    • Ejjew nagħmlu mezz li fil-jiem tan-Novena nieħdu sehem fil-quddiesa, u nersqu għas-sagrament tal-qrar u t-tqarbin. Is-saċerdoti nkunu disponibbli għall-qrar kull meta titolbuna personalment u fl-aħħar tliet ijiem ta’ qabel il-Milied ser ikollna wkoll ħinijiet ddedikati apposta għall-qrar fil-Knisja. Id-dettalji kollha fil-programm li qiegħed jitqassam fid-djar u fuq il-paġna ta’ facebook ’Parroċċa Ħad-Dingli’.
  3. Il-Ġimgħa 19/12:
    • Fid-8.45am tibda purċissjoni bil-Bambin mit-tfal tal-Iskola Primarja li titlaq mill-iskola għall-Knisja Arċipretali fejn wara jieħdu sehem fil-quddiesa.
    • Għall-quddiesa tas-6.30pm fil-parroċċa qed nistiednu b’mod speċjali lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ.
  4. Is-Sibt 20/12:
    • F’12.00pm tiġi inawgurata wirja ta’ presepji u bambini organizzata mill-grupp tal-Abbatini fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Il-wirja tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 04/01, meta niċċelebraw l-Epifanija.
  5. Il-Ħadd 21/12, Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
    • Fid-9.30am – Quddiesa għat-tfal u l-familji. Inħeġġu lit-tfal u l-adolexxenti iġibu bambin jew presepju żgħir biex inberkuhom fil-quddiesa.
  6. Avviżi oħra:
    • Il-judges tal-kompetizzjonijiet tal-isbaħ presepju, tieqa u faċċata mżejna se jżuru d-djar ta’ dawk li se jieħdu sehem nhar il-Ħadd li ġej, 21/12, mis-6.00pm ‘il quddiem. Min hu interessat jieħu sehem, jidħol jinkiteb fis-sagristija.
    • Fid-djar se tirċievu envelope bi stedina biex f’dawn iż-żmien ta’ festi, min jogħġbu jaħseb ukoll f’rigal lill-parroċċa tagħna, b’donazzjoni għall-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali.
    • It-Tnejn 29/12 ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata Għawdex. Nitilqu fit-8.00am u niġu lura mal-vapur tas-7.30pm. Ser ikollna quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu u ser nieqfu fi tliet lokalitajiet: ir-Rabat, Għajnsielem u l-Għarb. L-ikla ta’ nofsinhar tkun Marsalforn. Il-booking miftuħ fis-sagristija jew mill-Bazaar.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 700 bħala ġabra speċjali b’risq il-proġett tal-lift taċ-Ċentru; u
    • € 90 f’donazzjonijiet bl-istess għan. Nirringrazzjawkom
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.