avvizi parrocca

Avviżi – 19.04.2026

Avviżi – 19.04.2026  –  It-3 Ħadd tal-Għid – Jum il-Karità

  1. It-Tlieta, 21/04:
    • Fid-9.30am – Laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-kelliem ser ikun it-Tabib Gianluca Bezzina mill-Aġenzija Sedqa u s-suġġett ser ikun: Il-Ħsara tad-Droga. Din il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
  2. Is-Sibt 25/04:
    • Il-quddiesa tal-4.30pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  3. Il-Ġimgħa 01/05 – Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem:
    • Fid-9:00am – Quddiesa barra ċ-Ċentru Parrokkjali f’għeluq il-15-il sena mill-ftuħ uffiċċjali tiegħu. Wara ninawguraw u nbierku l-proġett tal-lift biex b’hekk il-binja tibda tintuża aħjar għax tkun aċċessibbli għal kulħadd. Dakinhar iċ-Ċentru Parrokkjali jibqa’ miftuħ sa nofsinhar. Aħna lkoll mistiedna nattendu għal dan il-mument sabiħ fil-ħajja tal-parroċċa.
  4. Is-Sibt 02/05:
    • Mill-5.15pm ’il quddiem il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija Ħad-Dingli”.
  5. Avviżi oħra:
    • Qed inkomplu bit-tberik tal-familji skont il-programm li tqassam fid-djar li ser ibierku fil-jiem li ġejjin. Il-programm jinsab ippubblikat ukoll fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
  6. Matul ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, mill-parroċċa tagħna saru dawn il-ġesti ta’ solidarjetà:
    • Għall-Community Chest Fund, u b’risq is-Segratarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika nġabru:
      • € 120 mid-donazzjonijiet mill-kaxxa għall-karità; u
      • € 265 mid-donazzjonijiet mill-Karus ta’ Mħabba.
    • Lill-familji fil-bżonn għenniehom permezz ta’ 22 hamper b’diversi oġġetti u prodotti tal-ikel miġbura fil-kaxxi li kellna fejn il-bibien tal-Knisja. Nirringrazzjawkom.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 230 f’donazzjonijiet għall-proġett tar-restawr tal-kwadru titulari u x-xogħol ta’ manutenzjoni fil-parroċċa. Grazzi.
  8. Nitolbu għal Luigi Muscat li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.