avvizi parrocca

Avviżi – 26.04.2026

Avviżi – 26.04.2026 – Ir-4 Ħadd tal-Għid – Jum il-Vokazzjonijiet

  1. It-Tlieta 28/04:
    • Fid-9.00 am, il-membri tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ se jiltaqgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jgħinu fit-tindif tal-post.
  2. Il-Ġimgħa 01/05 – Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem (btala pubblika)
    • Fid-9.00am – Kulħadd mistieden għaċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa fit-triq quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali f’għeluq il-15-il sena mill-ftuħ uffiċċjali tiegħu. Wara se ninawguraw u nbierku l-proġett tal-lift waqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu biex issa nistgħu nibdew nużawh. Iċ-ċentru jibqa’ miftuħ sa nofsinhar fejn tistgħu taraw ukoll xogħol ta’ titjib u tisbiħ li sar fl-aħħar ġimgħat biex nieħdu ħsieb dan il-post tant utli għall-parroċċa.
  3. Il-Ġimgħa wkoll jibda Mejju, lil-Knisja tiddedikah lill-Madonna u tħeġġiġna b’mod speċjali nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna. Fil-ġranet fost il-ġimgħa r-rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.30 am u fis-6.00pm. Tul dan ix-xahar ukoll, bil-għajnuna tal-membri tal-Leġjun ta’ Marija, ir-Rużarju ser jingħad ukoll fil-beraħ f’diversi żoni tal-parroċċa.
  4. Is-Sibt 02/05:
    • Mill-5:15pm ’il quddiem il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Afternoon Tea u tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija Ħad-Dingli”.
  5. Il-Ħadd 03/05, il-5 Ħadd tal-Għid:
    • Ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u manutenzjoni fil-Knisja.
  6. Avviżi oħra:
    • L-Arċipriet u s-saċerdoti jirringrazzjaw lill-familji għal-laqgħa li qed jingħataw waqt it-tberik li jkompli l-ġimgħa d-dieħla skont il-programm għax-xahar ta’ April. Fil-jiem li ġejjin se joħroġ u jitqassam fid-djar ikkonċernati l-programm tat-tberik għal Mejju. Inkomplu nħeġġu biex il-membri tal-familji jkunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
    • Nhar it-Tlieta 12/5 filgħodu l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ se jorganizza buffet breakfast fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 790 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda għall-ħidmiet ta’ karita’ mwettqa mill-Knisja f’Malta; u
    • € 30 bħala donazzjonijiet għall-proġett tar-restawr tal-kwadru titulari u l-manutenzjoni fil-parroċċa. Grazzi.
  8. Nitolbu għal ruħ Elfriede Inghild Bonello li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.