avvizi parrocca

Avviżi – 03.05.2026

Avviżi  – 03.05.2026  –  Il-5 Ħadd tal-Għid

  1. It-Tnejn  04/05:
    • Il-kwadru titulari tal-parroċċa tagħna li juri t-tlugħ fis-sema ta’ Santa Marija ser jittieħed għar-restawr fil-laboratorju tal-kumpanija Atelier del Restauro biex nerġgħu nibdew ingawduh għall-festa li ġejja, f’Awwissu.
  2. It-Tlieta  05/05:
    • Fis-7.30pm – Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn iċ-Ċimiterju. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  3. Il-Ġimgħa  08/05, Tifkira tal-Madonna ta’ Pompej:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom.
    • Fil-11.30am fil-Knisja jingħad ir-Rużarju bis-Supplika lill-Madonna; u
    • F’12.00pm – tiġi ċċelebrata quddiesa.
  4. Il-Ħadd 10/05 – Jum l-Omm:
    • Fid-9.00am – tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.
  5. It-Tnejn 11/05:
    • Fis-6.30pm – quddiesa fil-knisja li fiha niċċelebraw lil San Ġorġ Preca animata mill-membri tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa. Kulħadd mistieden jattendi.
  6. Avviżi oħra:
    • Bi qbil mal-ġenituri u l-partijiet kollha nvoluti, l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa tagħna ser tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 31/05. Għall-ħabta tas-7.30am, il-ġenituri u t-tfal jibdew jinġabru fil-Knisja u l-quddiesa bis-sagrment tal-Ewwel Tqarbina tibda fit-8.15am (biex sal-10:00am inkunu lesti). Fi tmiem dik il-ġimgħa, l-quddiesa tat-8.00am ma ssirx.
    • Il-parroċċa tirringrazzja lil kull min ta donazzjonijiet biex sar il-proġett tal-lift fiċ-Ċentru Parrokkjali u lil dawk li b’mod speċjali fl-aħħar ġimgħat għenu b’ħidma volontarja ta’ tindif u xogħol ta’ titjib u manutenzjoni. Aħna mpenjati nżommu l-post fl-aħjar stat biex jibqa’ jintuża għall-ġid tal-parroċċa. Nibżgħu għalih ħalli nibqgħu ngawduh.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 180 f’donazzjonijiet għall-proġetti tal-parroċċa. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.