avvizi parrocca

Avviżi – 10.05.2026

Avviżi  – 10.05.2026  –  Is-6 Ħadd tal-Għid

  1. Illum 10/05:
    • Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju.  Fil-quddiesa tad-9.30am, li tkun bis-sehem tat-tfal, se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.
  2. It-Tnejn 11/05:
    • Fis-6.30pm – Quddiesa fil-knisja organizzata mill-membri tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. li fiha niċċelebraw lil San Ġorġ Preca, l-ewwel qaddis Malti kkanonizzat. Kulħadd mistieden jattendi.
  3. It-Tlieta 12/05:
    • Infakkru lil dawk li nkitbu għall-buffett breakfast marbut ma’ Jum l-Omm organizzat mill-Grupp tan-Nisa Magnificat li t-trasport jiltaq minn ħdejn l-għassa fid-9.00am u niġu lura għas-1.00pm.
    • Fis-7.30pm jingħad Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fl-isqaq numru 2, fi Triq ir-Rabat. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba għażiża.
  4. Is-Sibt 16/05:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba sal-Ħamis li ġej fis-sagristija jew kif avżat fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  5. Il-Ħadd 17/05, it-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej:
    • Il-ġbir fil-quddiesa jkun għall-ispejjeż tal-festa ta’ barra ta’ Santa Marija.
  6. It-Tnejn 18/05:
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet għall-ġenituri li wliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  7. Avviżi oħra:
    • Il-programm tat-tberik tal-familji jintemm nhar it-Tlieta 19/05. Fil-jiem ta’ wara jkompli t-tberik b’appuntament. Dawk li ma setgħux ikunu d-dar u jixtiequ jbierku għandhom ikellmu lill-Arċipriet biex jingħataw appuntament.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 750 mill-ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa; u
    • € 635 f’donazzjonijiet bl-istess għan. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.