Avviżi – 17.05.2026 – Is-7 Ħadd tal-Għid
It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum tal-Komunikazzjoni Soċjali
- It-Tnejn 18/05:
- Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li wliedhom ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
- It-Tlieta 19/05:
- Fid-9.30am – Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru. L-aħħar laqgħa tkun it-Tlieta ta’ wara, u se tieħu l-format ta’ ħarġa soċjali u kulturali, fil-Mużew tal-Agrikoltura tax-Xierfa, f’Għar Barka, ir-Rabat. Il-ħarġa hi miftuħa għal kulħadd u min hu interessat għandu jinkiteb mal-membri tal-kumitat.
- Fis-7.30pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fi Triq Salvu Azzopardi. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu.
- Il-Ħamis 21/05:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni.
- Fis-7.15pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ssir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien.
- Is-Sibt 23/05:
- Fit-8:00pm – Velja Nazzjonali ta’ Pentekoste fil-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi, organizzata mit-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku f’Malta. Tintemm qabel l-10.00pm.
- Il-Ħadd 24/05, Għid il-Ħamsin – Pentekoste:
- Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
- Filgħaxija, fil-kappella tal-Palazz Verdala, fil-Buskett, ser tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita. Dettalji fin-notice-boards.
- Avviżi oħra:
- It-Tlieta 19/05 jintemm il-programm tat-tberik tal-familji. Infakkru lil dawk li ma setgħux ikunu d-dar u jixtiequ jbierku għandhom ikellmu lill-Arċipriet biex jingħataw appuntament.
- L-ikla li ssir kull sena għall-irġiel qrib Jum il-Missier din is-sena se tiġi organizzata nhar il-Ġimgħa 19/06 filgħaxija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 270 bħala donazzjonijiet għar-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Nirringrazzjakom.



Ikkummenta