avvizi parrocca

Avviżi – 24.05.2026

Avviżi  – 24.05.2026  –  Għid il-Ħamsin – Pentekoste

  1. Illum 24/05,
    • Fid-9.30am quddiesa bis-sehem ta’ dawk li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  2. It-Tnejn 25/05,
    • Fis-5.45pm – L-Arċipriet jiltaqà mat-tfal (subien u bniet) li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina, fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
  3. It-Tlieta 26/05:
    • Fid-9.30am – L-aħħar laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat li se tkun ħarġa soċjali u kulturali fil-Mużew Agrikolu Tax-Xieref, Għar Barka, ir-Rabat. Il-ħarġa hi miftuħa għal kulħadd u min hu interessat għandu jinkiteb mal-membri tal-kumitat.
    • Fil-5.00pm – Qrar fil-knisja għat-tfal bniet tal-Ewwel Tqarbina, kif ukoll għall-ġenituri tagħhom.
    • Fis-5.45pm – Laqgħa għas-Subien fil-MUSEUM tas-Subien.
    • Fis-7:30pm – Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija f’Misraħ il-Mafkar. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu.
  4. Il-Ħamis 28/05:
    • Fil-5.00pm – qrar fil-knisja għat-tfal subien li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina u għall-ġenituri tagħhom.
    • Fis-5.45pm – Laqgħa għall-bniet fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet.
    • Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 29/05:
    • Fil-5.00pm – Rehearsal u l-aħħar preparamenti għall-Ewwel Tqarbina fil-Knisja.
  6. Is-Sibt 30/05:
    • Fl-4.30pm – il-quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  7. Il-Ħadd 31/05, it-Trinità u Jum l-Ewwel Tqarbina:
    • Mis-7.30am, it-tfal u l-ġenituri tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jibdew jieħdu posthom fil-Knisja biex fit-8.15am tibda l-quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina.
    • Għal nhar il-Ħadd biss il-quddiesa tat-8.00am mhix ser issir. Il-quddies l-oħra jsiru normali fis-6.30 u l-11.00am u fil-5.00pm.
  8. Avviżi oħra:
    • L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti jirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li tajtuhom meta fil-ġimgħat li għaddew żaru d-djar għat-tberik. Jirringrazzjawkom ukoll tad-donazzjoni għall-parroċċa.
    • Il-Kap tal-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli tfakkar li dawk il-ġenituri li joqogħdu Ħad-Dingli u li t-tfal tagħhom jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ din is-sena (2026) huma mitluba jirreġistrawhom mill-aktar fis possibbli. Għaldaqstant min għadu ma kitibx it-tfal, jista’ jagħmel dan billi jiġbor applikazzjoni mill-iskola stess.
    • Il-Ġimgħa 19/06, Fis-6:30pm – Quddiesa, u wara attività għall-Irġiel: Ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-facebook page tal-parroċċa.
    • Il-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa se jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja.  Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna jew familja fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju.  Nominazzjonijiet għal dan il-premju bid-dettalji kollha għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 100 f’donazzjonijiet għar-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.