Avviżi – 31.05.2026 – It-Trinità – Jum l-Ewwel Tqarbina
- Illum 31/05:
- Nifirħu u nitolbu għall-40 tifel u tifla mill-parroċċa tagħna li se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina.
- Mis-7.30am, it-tfal u l-ġenituri huma mistiedna jibdew jieħdu posthom fil-Knisja biex fit-8.15am tibda l-quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. Il-Ħadd, il-ħinijiet tal-quddiesa ser ikunu fis-6.30, 8.15 (Preċett), il-11.00 u mbagħad fil-5.00pm.
- It-Tnejn 01/06, nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, bejn is-7.00 u s-7.30pm, Ġesu’ Sagramentat jkun espost għall-adorazzjoni u l-jum jintemm bil-Barka Sagramentali.
- Il-Ħamis 04/06, jum sħiħ ta’ Adorazzjoni:
- Minn wara l-quddies ta’ filgħodu sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja tkun miftuħa biex insibu ħin inqattgħu ftit tal-ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Il-Ġimgħa 05/06, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom.
- Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
- Il-Ħadd 07/06, is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi:
- Ikollna ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa.
- Minn wara l-Quddies tal-11.00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Fil-5.00pm – Quddiesa solenni animata mill-Kor ‘Regina Coeli’ bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Wara purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem ukoll tal-iScouts u l-Girl Guides, il-Fratelli, l-Abbatini u l-Banda Santa Marija. Aħna lkoll imħeġġa nieħdu sehem. Fi tmiem il-purċissjoni tingħata l-barka sagramentali fuq iz-zuntier.
- Avviżi oħra:
- Fis-sagristija qed nilqgħu bookings mingħand l-irġiel għall-attività li ser nagħmlu għalihom nhar il-Ġimgħa 19/06. Nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa ta’ filgħaxija u wara jkollna ikla għand Taċ-Ċanti, f’Ħaż-Żebbuġ.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 f’donazzjonijiet b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Grazzi.



Ikkummenta