avvizi parrocca

Avviżi – 07.06.2026

Avviżi  – 07.06.2026  –  Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi

  1. Illum 07/06, il-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi:
    • Minn wara l-quddies tal-11:00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat.
    • Fil-5.00pm – Quddiesa solenni u wara purċissjoni bis-Santissimu Sagrament li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġuże’ Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa u tintemm bil-barka Sagramentali fuq iz-zuntier. Kulħadd mistieden jattendi u jieħu sehem.
  2. It-Tlieta 09/06:
    • Fis-7.15pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  3. Il-Ġimgħa 12/06, Festa tal-Qalb ta’ Ġesù:
    • Mill-4.30pm sas-6.30pm – Ġesu’ Sagramentat ikun espost għall-Adorazzjoni fil-Knisja;
    • Fis-6.30pm – Quddiesa u wara purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, il-31 ta’ Diċembru 1678, Ġużè Ebejer, Lemħet Filfla, ix-Xefaq u tispiċċa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet fejn isir l-Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Ġesù u tingħata l-Barka Sagramentali.
  4. Il-Ħadd 14/06:
    • Il-Life-Network Foundation Team ser ikun qed jorgnizza mument ta’ talb, tama u xhieda għall-Ħajja permezz ta’ adorazzjoni u quddiesa mis-6.30pm ’il quddiem fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.
  5. Il-Ġimgħa 19/06:
    • Fis-6.30pm – Qed nistiednu lill-irġiel jieħdu sehem fil-quddiesa tal-ġurnata u wara ser ikollna attivita’ għalihom: Ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook page tal-parroċċa. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
  6. Il-Ħadd 21/06:
    • Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. Ikollna wkoll it-tberik tal-annimali domestiċi.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 25 f’donazzjonijiet għar-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.