Avviżi – 14.06.2026 – Il-11 Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tnejn 15/06 u t-Tlieta 16/06:
- Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. F’dawn il-jiem jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
- Il-Ġimgħa 19/06:
- Fis-6.30pm – Quddiesa u wara ikla għall-irġiel għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sa nhar l-Erbgħa. Trasport jitlaq fis-7.15pm minn ħdejn l-għassa. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom.
- Il-Ħadd 21/06, Jum il-Missier:
- Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin.
- Issir il-ġabra magħrufa ħala “l-Offerta ta’ San Pietru”, jiġifieri offerta b’risq l-għotjiet ta’ karità li jagħmel il-Papa.
- Fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu Malti; u
- Fis-6:30pm – Quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’. Wara l-quddiesa jsir it-tberik tal-annimali domestiċi u l-attivita’ tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija.
- Avviżi oħra:
- Qed nagħmlu sejħa għal abbatini ġodda. It-tfal subien li huma mħajrin – minn dawk li għamlu l-Preċett ’il fuq – jistgħu jinkitbu fis-sagristija jew ikellmu lill-Arċipriet jew lil Dun Christopher Bugeja.
- Negozji u persuni li jixtiequ jirreklamaw fil-ktieb tal-festa li jitqassam fid-djar kollha ta’ Ħad-Dingli għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 775 bħala ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għar-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa; u
- € 230 f’donazzjonijiet għall-istess għan. Nirringrazzjakom.
- Il-parroċċa qiegħda tippubblika r-rendikont tal-proġett tal-installazzjoni ta’ lift għaċ-Ċentru Parrokkjali u ta’ xogħlijiet oħra relatati flimkien ma’ bosta interventi ta’ manutenzjoni ta’ rutina fil-binja taċ-Ċentru. Dawn kollha flimkien swew €59,532 li tħallsu b’dan il-mod: €19,975 minn skema tal-Kunsill Malti għall-Għaqdiet Volontarji u € 39,557 minn fondi tal-parroċċa permezz tal-ġbir tal-ewwel Ħadd, donazzjonijet u flus li l-parroċċa ġemmgħet tul is-snin. Ir-rendikont sħiħ jinsab fin-notice-boards ta’ barra l-Knisja. Grazzi lil kulħadd.


Ikkummenta