Avviżi – 21.06.2026 – It-12-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 21/06:
- Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am, li tkun bis-sehem tat-tfal, se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin.
- Fis-6.30pm – Quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija. Ser ikun hemm ukoll ikel għall-bejgħ.
- Il-Ħamis 25/06:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa, ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ħadd 28/06:
- Il-ġbir fil-quddies ikun il-ġabra tal-Imnarja għall-festa ta’ barra.
- Mit-8.00pm ‘il quddiem – Il-Kumitat Festa Esterna jtella’ l-fiera tal-Imnarja bħala parti mill-attivitajiet li jiġu organizzati fil-Buskett. L-għada, it-Tnejn 29/06, fis-6.00am tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Buskett u wara l-Kumitat Festa Esterna jkompli bil-fiera sa’ nofsinhar.
- Il-Ġimgħa 03/07:
- Filgħaxija ser ikollna Lejla Maltija li tinkludi wkoll tombla. L-attivita’ ser issir fil-pjazza ħdejn il-Knisja. Booking mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ’Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- It-Tlieta 07/07:
- Filgħaxija ser norganizzaw żjara li tgħinna nifhmu u napprezzaw ix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr li qed isir fuq il-kwadru titulari tal-Knisja tagħna li juri t-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Ser ikollna trasport li jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.00pm għal-laboratorju tal-kumpanija Atelier del Restauro fejn ikollna spjega dwar il-proess li għaddej. Wara mument soċjali, b’waqfa għal Pizza Buġibba. Nkunu lura Ħad-Dingli fl-10.00pm.
- Avviżi oħra:
- Illum, wara l-quddies, minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti;
- Dawk li jixtiequ jagħmlu reklam fil-programm tal-festa ppublikat mill-parroċċa għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet ta’ livelli differenti fit-teoloġija, u diversi suġġetti relatati, li ser ikunu offruti f’Ottubru li ġej mill-Fakultà tat-Teoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta. Dawk interessati jistgħu japplikaw għal boroż ta’ studju sa’ € 2,000. Għal aktar tagħrif, ifis-sit elettroniku jew il-paġna ta’ facebook tal-fakultà.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 365 mill-Ikla tal-Irġiel għall-proġett tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija. Nirringrazzjawhom ta’ din l-offerta.
- Nitolbu għal ruħ Jane Muscat li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …


Ikkummenta