avvizi parrocca

Avviżi – 28.06.2026

Avviżi  –  28.06.2026  –  It-13-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 28/06:
    • Mit-8.00pm ‘il quddiem – Il-Kumitat Festa Esterna jorganizza l-fiera tal-Imnarja bħala parti mill-attivitajiet li jsir fil-ġonna tal-Buskett.
  2. It-Tnejn 29/06, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl – L-Imnarja:
    • Il-ħinijiet tal-quddiesa jkunu bħal ta’ matul il-ġimgħa, imma jkollna quddiesa oħra fit-8.30am.
    • Fis-6.00am – L-Arċipriet jiċċelebra quddiesa b’rabta mal-Imnarja fil-Buskett, u wara tkompli bil-fiera sa nofsinhar.
    • L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, jiċċelebra t-22 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali, il-Kan. Christopher Bugeja jiċċelebra 6 sena tiegħu bħala saċerdot u Dun Karm Sacco l-51 sena. Nifirħulhom u nwiegħduhom it-talb u l-koperazzjoni.
  3. L-Erbgħa 01/07:
    • Fis-7.15pm – Laqgħa għall-fratelli fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  4. Il-Ħamis 02/07:
    • Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 03/07, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm jkollna servizz ta’ qrar fil-Knisja; u
    • Mis-7.15pm ’il quddiem fil-pjazza ħdejn il-Knisja jkollna Lejla Maltija li tinkludi wkoll tombla. Booking sal-Ħamis filgħaxija mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ’Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
  6. Il-Ħadd 05/07:
    • Il-ġbir fil-quddies ikun b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa.
  7. It-Tlieta 07/07:
    • Filgħaxija ser norganizzaw żjara li tgħinna nifhmu u napprezzaw ix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr li qed isir fuq il-kwadru titulari ta’ Santa Marija. Ser ikollna trasport li jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.00pm għal-laboratorju tal-kumpanija Atelier del Restauro fejn ikollna spjega dwar ix-xogħol li għaddej. Wara waqfa għal Pizza Buġibba. Inkunu lura Ħad-Dingli fl-10.00pm. Dawk interessati jiġu jistgħu jinkitbu fis-sagristija jew għand il-membri tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’.
  8. Avviżi oħra:
    • Il-Knisja tibqa’ d-Dar ta’ Alla s-sena kollha. Għalhekk għandna naraw li l-ilbies u l-imġieba tagħna jkunu jixirqu ‘l dan il-post dejjem.
    • F’Lulju, l-parroċċa se torganizza żewġ ħarġiet: nhar l-Erbgħa 15 ġurnata Kemmuna u l-Ġimgħa 24 ġurnata Għawdex. Kitba fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 700 bħala “l-Offerta ta’ San Pietru”, li hi l-offerta ta’ kull sena għall-għotjiet ta’ karità li jagħmel il-Papa; u
    • € 30 f’donazzjonijiet għar-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Grazzi.
  10. Nitolbu għal Ġuża Galea u Miguel Mallia li fl-aħħar jiem għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.