Avviżi – 19.07.2026 – Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tnejn 20/07:
- Fis-6.00pm l-Kor tat-Tfal ikollu rehearsal fiċ-Ċentru Parrokkjali. Tfal minn 7 snin ‘il fuq mistiedna jingħaqdu fil-Kor tat-Tfal u jistgħu jattendu għal dan ir-reheasal bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa.
- L-Erbgħa 22/07 niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija Maddalena:
- Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella tal-Maddalena fuq l-irdum. Wara jkollna attività soċjali. Il-biljetti għall-ikel jinsabu għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa jew tal-fund-raising tal-parroċċa. Nhar l-Erbgħa ma jkollniex il-quddiesa tas-6.30pm fil-knisja.
- Il-Ħamis 23/07:
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 24/07:
- Fis-7.00am jitlaq it-trasport minn ħdejn l-għassa għall-ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Kitba għand il-membri tal-fund-raising jew fis-sagristija.
- Is-Sibt 25/07:
- Il-quddiesa tas-6.30pm se tkun ċelebrazzjoni mal-komunita’ Salesjana bil-professjoni solenni ta’ żewġ brothers Salesjani. Kulħadd hu mistieden. Il-quddiesa tkun bil-lingwa Ingliża.
- Avviżi oħra:
- Il-Ġimgħa 31/07: Fit-8:00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza American & Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. L-attività tinkludi tombla u ikel fuq stil Amerikan. Booking fis-sagristija jew mill-facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Fl-aħħar xahar kompla x-xogħol ta’ żebgħa fil-Knisja fejn tlestew il-partijiet fuq l-artali tal-ġnub u tal-kor u z-zokklatura fil-parti tan-nofs tal-knisja u mal-passaġġ fin-navi. B’hekk iż-żebgħa fil-korsija hi kompluta kollha. Aktar ‘il quddiem jibda x-xogħol fuq in-navi u hekk inkunu dorna l-knisja kollha. Waslu wkoll mir-restawr żewġ arkati dekorattivi tal-injam li ttellgħu f’posthom fil-korsija tal-Knisja. Jonqos xi interventi fuq l-erba’ arkati l-oħra li għandhom ikunu lesti sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dan ix-xogħol kollu sar grazzi għall-għotjiet tagħkom biex inħallsu għal servizzi u materjal, kif ukoll grazzi għal ħidma volontarja tant importanti ta’ diversi persuni mill-parroċċa biex sar dan ix-xogħol u ġew frankati ħafna spejjeż.
- Mill-ġimgħa d-dieħla, fejn il-bibien tal-knisja se jitqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
- Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbukom tgħarrfuna bihom biex bħala parroċċa nkunu nistgħu nikkuntattjawhom u nżuruhom għall-festa.
- Bi tħejjija għall-festa, ninfurmawkom li l-kwindiċina se tibda l-Ġimgħa 7/08 b’nofs ta’ nhar adorazzjoni fil-Knisja filgħodu. Filgħaxija, fis-6.30, se niċċelebraw il-quddiesa ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius; u s-Sibt 8/08, qed nistiednu lid-Dinglin kollha ningħaqdu ma’ Marija Assunta għal quddiesa fis-6.30pm li se tiġi ċċelebrata fil-knisja u wara nilqgħu l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier. Dakinhar issir quddiesa waħda filgħaxija. Wara nistednukom nibqgħu flimkien għall-Ikla tal-Festa, fil-pjazza ħdejn il-knisja.


Ikkummenta