avvizi parrocca

Avviżi – 09.08.2026

Avviżi – 09.08.2026  –  Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 09/08:
    • Il-quddiesa tad-9.30am se tlaqqa’ flimkien lil dawk li jipprattikaw xi sport u dawk li jsegwu l-isport.
  2. It-Tnejn 10/08:
    • Il-quddiesa tas-6.30 p.m. ser issir f’Misraħ Frenċ Abela minflok fil-knisja u se tkun b’tifkira mit-twaqqif tal-banda Santa Marija.
  3. It-Tlieta 11/08:
    • Qed nistiednu lil kulħadd biex fis-7.30pm ninġabru fil-Knisja għal Serata Marjana bit-tema “Taħt Ħarstek Nistkennu” li matulha se jiġi inawgurat il-proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal-kwadru titulari tal-knisja tagħna. Se tkun serata sabiħa b’kant miż-żewġ korijiet li għandna fil-parroċċa u preżentazzjoni dwar ix-xogħol li sar u t-tifsira spiritwali tal-kwadru nnifsu.
  4. L-Erbgħa 12/08:
    • Il-quddiesa tas-6.30pm se tkun bis-sehem tal-Leġjun ta’ Marija u għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lil dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom fl-aħħar sena.
  5. Il-Ħamis 13/08:
    • Fit-8.00pm qed nistiednu lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ għal quddiesa fl-okkażjoni tal-festa li tiġi ċċelebrata fil-Knisja. Wara tiġi organizzata attivita’ soċjali għalihom fl-Oratorju Salesjan.
  6. Il-Ġimgħa 14/08 – il-Vġili ta’ Santa Marija:
    • Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda. Jekk hawn xi anzjani residenti Ħad-Dingli, li ma jattendux id-Day Centre, u jixtiequ trasport biex jattendu għandhom jinkitbu mill-aktar fis fis-sagristija. Is-servizz se jingħata wkoll jekk hemm min hu f’wheelchair.
    • Dakinhar filgħaxija l-quddiesa tkun fis-6.30 u qabel jiġi amministrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  7. Is-Sibt 15/08 – L-Għid tal-Assunta:
    • Dakinhar hi festa kkmandata u għandna l-obbligu li nieħdu sehem fil-quddiesa. Għalhekk il-ħinijiet tal-quddiesa jkunu bħal nhar ta’ Ħadd.
    • Is-Sibt li ġej ukoll isir il-pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. Inħeġġu lis-sewwieqa tal-muturi jiltaqgħu fuq iz-zuntier tal-Imġarr fid-9.15 a.m. biex fl-9.45 a.m. jitlaq il-pellegrinaġġ.
  8. Il-Ħadd 16/08:
    • Ikollna żewġ inizjattivi ta’ solidarjetà li se nieħdu fi żmien il-festa:
    • Il-ġbir li jsir fil-quddies ikun l-għotja ta’ karita’ tal-parroċċa għal żmien il-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lill-Malta Community Chest Fund u se jiġu ppreżentati lill-President ta’ Malta li se tkun fostna għall-quddiesa ewlenija ta’ nhar il-festa filgħodu. Minn issa nħeġġġeġ biex nhar il-festa nkunu flimkien fil-Knisja għall-quddiesa li tibda fid-9.15am.
    • Mit-8.30am sas-1.00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit ħdejn il-Knisja. Meħtieġa l-karta tal-identità.
  9. Avviżi oħra:
    • Il-programmi tal-festa tqassmu f’kull dar. Inħeġġukom taqraw l-artikli, issegwu l-programm u tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet organizzati. Min-nhar it-Tnejn, il-kolletturi tal-parroċċa se jduru d-djar jiġbru l-offerta għall-festa ta’ ġewwa fl-envelope li tqassam mal-programm. Min ma jkunx id-dar, jista’ jħalli l-envelope il-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
    • L-Arċipriet qed jilqa’ offerti mingħand għaqdiet u individwi għall-bukketti ta’ imħabba lil Santa Marija. L-offerti jintużaw għax-xiri tal-fjuri għal madwar l-istatwa u l-knisja u għal spejjeż oħra li jsiru fil-knisja għall-festa.
    • Sal-Ħadd li ġej, 16/08, ħdejn il-bibien tal-knisja, hemm kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
    • Minn fuq iz-zuntier tal-knisja għandna għall-bejgħ t-shirts u souvenirs tal-festa flimkien ma’ biljetti tal-lotterija tal-festa.
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 740 bħala ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa; u
    • € 395 f’donazzjonijiet għall-istess għanijiet. Nirringrazzjakom.
  11. Nitolbu għal George Farrugia li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.