Avviżi – 16.08.2026 – L-20-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 10/08:
- Aħna mistiedna nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm bejn it-8.30am u s-1.00pm. L-għoti tad-demm ser isir fil-Mobile Blood Donation Unit ħdejn il-Knisja. Meħtieġa l-karta tal-identità.
- It-Tnejn, 11/08:
- Fil-quddiesa tas-6.30pm jiġu ppreżentati lil Santa Marija t-trabi li twieldu fl-aħħar sena. Mistiedna wkoll il-koppji li qed jistennew tarbija.
- It-Tlieta, 12/08:
- Mit-8.00am ‘il quddiem jsir il-ħasil tal-knisja. Napprezzaw l-għajnuna ta’ kull min jista’ jiġi jgħin f’din il-biċċa xogħol tant meħtieġa.
- Filgħaxija ċelebrazzjoni għat-tfal kollha tal-parroċċa li wara s-6.00pm mistiedna jiġu bir-roti u jħalluhom f’żona apposta ħdejn il-Knisja. Fis-6.30pm quddiesa fil-knisja għat-tfal. Wara, pellegrinaġġ bir-roti li fl-aħħar parti tiegħu tingħaqad il-banda u kollox jintemm fil-bitħa tal-M.U.S.U.E.M. tas-subien fejn issir attività ferrieħa għat-tfal.
- L-Erbgħa 19/08:
- Nagħtu bidu għat-tridijiet. Fil-quddiesa tas-6.30pm mistiedna speċjali l-membri tal-għaqdiet, benefatturi u voluntiera. Issir preżentazzjoni dwar il-proġetti li saru fl-aħħar sena. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien fil-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja b’apprezzament għall-kontribut ta’ kulħadd biex seta’ jsir dan ix-xogħol kollu.
- Din is-sena, il-ħsibijiet fil-quddiesa ewlenija tat-tliet ijiem tat-tridu tal-festa tagħna ser isiru mill-Kanonku Franco Fenech, Kappillan tal-Parroċċa tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun.
- Il-Ħamis 20/08:
- Fil-quddiesa tas-6.30pm nitolbu b’mod speċjali għas-saċersoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet u ssir il-vestizzjoni ta’ abbatini ġodda.
- Il-Ġimgħa 21/08:
- Fil-quddiesa tas-6.30pm se nitolbu b’mod speċjali għall-familji tagħna. Inħeġġu b’mod speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena biex jieħdu sehem. Jingħata wkoll il-Premju Joseph Lowell għall-Familja.
- Is-Sibt 22/08: Lejlet il-Festa
- Il-quddiesa tas-7.30am, tibda fit–8:00am, u fiha jitkanta t-Te Deum f’għeluq l-Kwindiċina. Filgħaxija jkollna quddiesa waħda li tibda fis-7.00, peress li fis-6.00 tibda t-translazzjoni solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien sal-knisja. Imexxi l-Isqof Carmelo Zammit, Emeritu ta’ Ġibiltà.
- Il-Ħadd 23/08: Jum il-Festa
- Qed nagħmlu stedina speċjali lil kulħadd biex fil-festa nieħdu sehem flimkien bħala komunita’ parrokkjali fil-quddiesa solenni li tibda fid-9.15am. Din il-quddiesa se titmexxa minn Dun George Scerri u għaliha se nilqgħu fostna lill-President ta’Malta, Dr Myriam Spiteri Debono. Il-quddiesa li soltu tibda fil-11.00 am, fil-festa tibda fil-11.15am.
- Filgħaxija, għas-6.45 ninġabru barra l-Knisja biex nilqgħu l-istatwa ta’ Santa Marija fil-ħruġ tal-purċissjoni. Id-dħul lura fil-Knisja jsir għall-10.15.
- Avviżi oħra:
- Inħeġġukom biex f’dawn il-ġranet b’mod speċjali tersqu għas-sagramenti tal-qrar u l-ewkaristija. Fl-aħħar jiem tal-festa ser ikollna ħinijiet iddedikati għall-qrar kif imniżżla fil-programm tal-festa li tqassam fi djarkom u l-paġna ta’ facebook tal-parroċċa fejn issibu d-dettalji kollha, kemm tal-festa ta’ ġewwa kif ukoll taċ-ċelebrazzjonijiet fuq barra.
- Napprezzaw l-għajnuna ta’ kulħadd biex inkopru l-ispejjeż tal-festa. Għalhekk inħeġġukom li ġġibu l-envelope bl-offerta għall-festa ta’ ġewwa li tqassam mal-programm u tħalluh waqt il-ġbir fil-knisja jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
- L-Arċipriet qed jilqa’ offerti mingħand għaqdiet u individwi għall-bukketti ta’ imħabba lil Santa Marija; dawn imorru għall-ispejjeż tal-fjuri ħdejn l-istatwa u fil-knisja u għal spejjeż oħra tal-festa fil-Knisja.
- Minn fuq iz-zuntier tal-knisja għandna għall-bejgħ t-shirts u souvenirs tal-festa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 130 f’donazzjonijiet għar-restawr tal-kwadru titulari li issa hu lest u għal proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa.Nirringrazzjawkom.


Ikkummenta