Avviżi – 20.09.2026 – Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 20/09; il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli.
- Fis-7.00pm tibda serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali.
- Il-Ħamis 24/09:
- Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
- Il-Ħadd 27/09:
- Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lill-għalliema li joqgħodu fil-parroċċa tagħna u dawk li jagħtu servizz f’Ħad-Dingli, kif ukoll lit-tfal kollha biex jiġu bil-basktijiet tal-iskola, biex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sssena skolastika ġdida.
- Avviżi oħra:
- Minn għada t-Tnejn 21/09, is-seminaristi jinġabru għal irtir ta’ ġimgħa li jimmarka l-bidu ta’ sena oħra ta’ formazzjoni. Nitolbu għalihom b’mod speċjali lil Daniel Abela mill-parroċċa tagħna li ser jibda s-7 sena.
- Infakkar lill-ġenituri li jixtieq li jkollhom ritratti ta’ tifkira tal-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Marija fil-festa li għaddiet biex jikkuntattjaw lill-Arċipriet.
- Il-Grupp tan-Nisa “Magnificat” ser jerġa’ jibda jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta filgħodu minn nhar it-Tlieta 06/10. Dan il-grupp hu miftuħ għan-nisa kollha: miżżewġa, romol u xebbiet b’opportunità ta’ tagħlim u rikreazzjoni. L-ewwel laqgħa tal-grupp se tkun ħarġa għal Forti Sant Anġlu. Booking għand il-membri tal-kumitat.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 210 f’donazzjonijiet għall-proġetti fil-Knisja. Nirringrazzjawkom.
- Nitolbu għal ruħ Rita Azzopardi li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .


Ikkummenta