avvizi parrocca

Avviżi – 27.09.2026

Avviżi – 27.09.2026  –  Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena: Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati

  1. Illum 27/09:
    • Wara l-quddies tat-8.00am, tad-9.30am u tal-11.00am, minn fuq iz-zuntier ser ikollna bejgħ ta’ doughnuts mill-Kummissjoni Tfal.
    • Fid-9.30am ikollna quddiesa li għaliha qegħdin nistiednu b’mod speċjali lill-għalliema u lse’s li jagħtu servizz jew joqgħodu fil-parroċċa tagħna u lit-tfal kollha. It-tfal inħeġġuhom jiġu bil-basktijiet tal-iskola biex fl-aħħar tal-quddiesa nagħmlu talba tal-barka tas-sena skolastika l-ġdida.
  2. Il-Ħamis 01/10:
    • Nagħtu bidu għax-xahar li l-Knisja tiddedikah għar-Rużarju. Din it-talba għażiża tingħad darbtejn kuljum fil-Knisja: wara l-quddiesa tas-7.30am u fis-6.00pm quddiem Ġesu’ Sagramentat. F’Ottubru se tingħad ukoll f’żoni differenti b’inizjattiva tal-Leġjun ta’ Marija. Fuq kollox inħeġġu li r-Rużarju jingħad fil-familji tagħna.
    • Fis-6.30pm fil-knsija tiġi ċċelebrata quddiesa tal-bidu tas-sena tad-duttrina għat-tfal u l-katekisti.
  3. Il-Ġimgħa 02/10, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-knisja;
    • Fil-5.00pm jingħad Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija f’Misraħ Frenċ Abela, ħdejn il-każin tal-Banda. Ir-residenti tal-madwar, b’mod speċjali, huma mistiedna jattendu; u
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
  4. Is-Sibt 03/10, niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju:
    • Fl-4.00pm – Nitolbu t-talba tal-Għasar;
    • Fl-4.30pm – Quddiesa bis-sehem tal-abbatini u l-fratelli, u animata mill-Kor ‘Regina Coeli’. Isir it-tberik tal-kuruni tar-Rużarju.
    • Fil-5.15pm noħorġu b’purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Inħeġġiġkom nieħdu sehem flimkien bħala familji. Fi tmiem tal-purċissjoni, fil-knisja, tingħata l-Barka Sagramentali. Wara, fis-6.30pm ikollna quddiesa oħra.
  5. Il-Ħadd 04/10:
    • Issir il-ġabra speċjali għall-manutenzjoni tal-Knisja.
  6. Avviżi oħra:
    • Il-kwadri ta’ San Pietru u San Pawl li għandna fil-kor tal-knisja ittieħdu għar-restrawr. Kif spjegat diġa’, din hi t-tieni fażi ta’ proġett li fih l-ewwel ġie restawrat il-kwadru titulari ta’ Santa Marija, li tlesta għall-festa, u issa se jiġu rrestawrati l-kwadri fuq kull naħa tiegħu.
  7. It-Tlieta 06/10:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jerġa’ jibda jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta filgħdou iċ-Ċentru Parrokkjali. Dan il-grupp huwa miftuħ għan-nisa kollha: miżżewġin, romol u xebbiet b’opportunità ta’ tagħlim u mumenti ta’ rikreazzjoni. L-ewwel laqgħa tal-grupp se tkun ħarġa għal Forti Sant Anġlu. Booking mill-membri tal-kumitat jew fis-sagristija.
  8. Il-ġabra b’risq ħidmet il-Partijiet Franġiskani fl-Art Imqaddsa kienet ta’ € 660. Nirringrazzjawkom.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.