Avviżi – 01.11.2026 – Solennità tal-Qaddisin kollha
- Illum 01/11:
- Fid-9.30am – Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt, li fiha Daniel Abela mill-parroċċa tagħna ser ikun wieħed minn żewġ seminaristi li se jingħata l-ministeru tal-Akkolitat minn Monsinjur Arċisqof.
- Minn fuq iz-zuntier jew minn Dar Dun Ġwann Abela, għandna għall-bejgħ ħelu, fosthom dak relatat ma’ dawn iż-żminijiet. Nagħtu titwila wara l-quddiesa.
- It-Tnejn 02/11, l-Għid tal-Imwiet – Nitolbu għal ħutna l-mejtin:
- Filgħodu, il-quddies ikun f’dawn il-ħinijiet:
- Fis-6.00am, fis-6.45am, u fis-7.30am.
- Fis-6.30pm – Quddiesa solenni li tkun animata mill-Kor Parrokkjali ‘Regina Coeli‘ u fiha jsir it-tberik tal-oqbra fil-Knisja.
- Il-Ħamis 05/11:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 06/11, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja;
- Fis-6.30pm – Quddiesa u wara attività għall-irġiel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin: Ikla għand Taċ-Ċanti, f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sal-Ħamis. Trasport jitlaq fis-7.15pm minn ħdejn l-għassa. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
- Il-Ħadd 08/11:
- Fl-4.00pm jsir il-Pellegrinaġġ annwali mill-Knisja għaċ-Ċimiterju;
- Fl-4.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċimiterju li fiha niftakru b’mod speċjali f’dawk li mietu fl-aħħar sena. Isir ukoll it-tberik tal-oqbra.
- Mit-Tnejn 09/11 sal-Ġimgħa 13/11:
- Il-Parroċċa se torganizza Ġimgħa Familja. Kuljum mis-7.00 sat-7.45pm jsiru laqgħat ta’ formazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inħeġġeġ lill-koppji miżżewġa u lill-għarajjes jagħmu mezz biex jattendu. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal fiċ-ċentru stess. Aktar dettalji dwar dawn il-laqgħat fil-programm li tistgħu tieħdu intom u ħerġin minn fejn il-bibien tal-knisja.
- Is-Sibt 14/11:
- Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Dingli”.
- Il-Ħadd 15/11:
- Mid-9.30am sa 12.00pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali jsir seminar għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2027, u jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
- Avviżi oħra:
- Mit-Tnejn 3/11 jibdew jintlaqgħu l-intenzjonijiet tal-quddiesa għas-sena 2027 b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin tagħkom. Min jixtieq jagħmel dan hu mitlub jiġbor formola minn fuq il-mejda tal-offerti. Il-formoli tistgħu teħduhom magħkom id-dar, timlewhom, iġġibuhom magħkom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Hemm kollox spjegat fid-dettall fil-formoli. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill-Arċipriet.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Din il-ġimgħa saret manutenzjoni f’parti mill-apramorta tal-knisja li biex tintlaħaq tajjeb ix-xogħol kellu jsir permezz ta’ crane. Grazzi.


Ikkummenta