avvizi parrocca

Avviżi – 04.10.2026

Avviżi – 04.10.2026  –  Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 06/10:
    • Il-Grupp tan-Nisa “Magnificat” jerġa’ jibda jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta. Bħala l-ewwel laqgħa, ser nibdew b’ħarġa: żjara l-Forti Sant’ Anġlu l-Birgu. Nitilqu fit-8.45am minn fejn l-għassa u naslu lura għas-1.00pm.
  2. Ġimgħa 09/10:
    • Fil-5.00pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fi Triq Misraħ Suffara. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  3. Is-Sibt 10/10:
    • Fis-6:00pm fis-Seminarju tal-Virtù tiġi ċċelebrata quddiesa u wara adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet saċerdotali u barka, organizzati miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet. Dan il-mument ta’ talb jiġi organizzat fis-Seminarju kull tieni Sibt tax-xahar. Kulħadd mistieden.
  4. Is-Sibt 10 u l-Ħadd 11/10:
    • Ser ikollna magħna xi voluntiera ta’ Hospice Malta li wara l-quddiesa ser ikunu qed jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-knisja biex ikomplu jipprovdu s-servizzi b’xejn kemm fil-komunità u kemm fil-kumpless il-ġdid Saint Michael Hospice f’Santa Venera li issa qiegħed jopera wkoll servizzi in-patient.
  5. Is-Sibt 17/10:
    • Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 110 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom.
  7. Nitolbu għal erwieħ ta’ Mario Galea u Charity Pana Micallef li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.