Avviżi – 11.10.2026 – It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tlieta 13/10:
- Fid-9.00am – Quddiesa organizzata mill-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrokkjali u wara nkomplu b’attività soċjali.
- Nhar l-Erbgħa, 14/10:
- Bejn id-9.00 u l-11.30am, fi Spazju Dylan Zahra – ħdejn il-grawnd – ser ikun hemm il-Mobile Dental Clinic għal checkups tas-snien mingħajr ħlas. Min jixtieq juża dan is-servizz, m’hemmx għalfejn appuntament.
- Il-Ħamis 15/10:
- Fis-7.15pm – Laqgħa mal-Arċipriet fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri u l-parrini tal-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.
- Il-Ġimgħa 16/10:
- Fil-5.00pm jibda Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn il-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Ir-residenti fiċ-ċentru tar-raħal mistiedna b’mod speċjali jiġu jitolbu din it-talba għażiża.
- Is-Sibt 17/10:
- Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu sa nhar l-Erbgħa fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- Il-Ħadd 18/10, il-Ġurnata Missjunarja:
- L-offerta tagħna fil-quddies tkun bil-għan li ngħinu fil-ħidma u l-proġetti li l-missjunarji jwettqu permezz tal-evanġelizzazzjoni u l-karità. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn il-jiem inżommu f’talba lill-missjunarji Maltin; saċerdoti, reliġjużi u lajċi.
- Il-Ġimgħa 23/10:
- Mis-7.00pm ’il quddiem – Pasta Night u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali organizzata mill-Kumitat Festa Esterna. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- Avviżi oħra:
- Ħdejn il-bibien tal-knisja għandna voluntiera ta’ Hospice Malta li wara l-quddiesa ser ikunu qed jilqgħu donazzjonijiet biex ikomplu jipprovdu s-servizzi b’xejn kemm fil-komunità u kemm fil-kumpless il-ġdid Saint Michael Hospice f’Santa Venera. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 750 fil-ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja;
- € 40 f’donazzjonijiet għall-istess għan. Grazzi.


Ikkummenta