Avviżi – 18.10.2026 – Id-29 Ħadd ta’ matul is-Sena – Il-Ġurnata Missjunarja –
- Fil-jum li l-Knisja tiddedika lill-missjoni, insellmu lil tant saċerdoti, reliġjużi u lajċi b’mod speċjali ħutna Maltin impenjati f’ħidma pastorali, edukattiva u umanitarja f’artijiet tal-missjoni. Aħna nistgħu nkunu ta’ sostenn għal din il-ħidma bit-talb u b’għotjiet. Fid-djar irċevejtu envelope mingħand Missio Malta. Min jixtieq jista’ jagħmel donazzjoni fih u jagħtih lill-Arċipriet, jew iġibu l-Knisja u jħallih fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, u mbagħad il-flus miġbura jingħataw lil Missio Malta.
- It-Tnejn 19/10:
- Fis-7.00pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet.
- It-Tlieta 20/10:
- Fid-9.30am ikomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Fis-7.00pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet.
- Il-Ħamis 22/10:
- Fis-7.00pm – Ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat u servizz ta’ qrar għall-qdolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma fil-Knisja.
- Il-Ġimgħa 23/10:
- Fil-5.00pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn il-M.U.S.E.U.M. tal-bniet. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu.
- Fis-7.00pm – Rehearsal u l-aħħar preparamenti għall-Griżma fil-Knisja Arċipretali.
- Mis-7:00pm ’il quddiem – Pasta Night u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali organizzata mill-Kumitat Festa Esterna. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- Is-Sibt 24/10:
- Mill-5:00 sas-6:00pm servizz ta’ qrar fil-Knisja għall-ġenituri, parrini u dawk involuti fil-Griżma.
- Il-Ħadd 25/10, infakkru l-anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja.
- Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni.
- Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija jinbidel għal tax-Xitwa u tibda tkun fl-4.30pm, (mhux fil-5.00pm); u
- Fil-quddiesa tal-4.30pm, 26 adolexxent – 15 subien u 11 bniet – se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Matul din il-ġimgħa, tajjeb li nżommu lil dawn l-adolexxenti fit-talb tagħna.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 90 għall-proġetti ta’ manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom.


Ikkummenta