avvizi parrocca

Avviżi – 25.10.2026

Avviżi – 25.10.2026  –  It-30 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 25/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u Jum il-Griżma tal-Isqof:
    • Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni.
    • Mil-lum il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4.30pm, (mhux fil-5.00pm).
    • Fl-4.30pm – Quddiesa li fiha 26 adolexxent – 15 subien u 11 bniet – se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. F’dawn il-jiem inħeġġukom inżommu lil dawn l-adoloxxenti fit-talb tagħna.
  2. Il-Ħamis 29/10:
    • Fis-7.00pm – Mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 30/10:
    • Fil-5.00pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar.
  4. Il-Ħadd 01/11, is-Solennità tal-Qaddisin kollha:
    • Ġabra speċjali għall-manutenzjoni tal-knisja.
    • Minn fuq iz-zuntier, il-Kumitat tal-Festa Esterna ikollu għall-bejgħ ħelu, fosthom dak relatat ma’ dawn iż-żminijiet.
    • Fid-9.30am – Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li fiha żewġ seminaristi fosthom Daniel Abela, mill-parroċċa tagħna, se jingħataw il-ministeru tal-Akkolitat mill-Arċisqof. Għal min jixtieq jattendi se norganizzaw trasport li jitlaq minn ħdejn l-għassa fit-8.15am. Min jixtieq juża t-trasport, jinkiteb fis-sagristija.
  5. It-Tnejn 02/11, L-Għid tal-Imwiet meta aħna mħeġġin nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem:
    • Filgħodu, il-quddies ikun f’dawn il-ħinijiet: Fis-6.00am, fis-6.45am, u fis-7.30am.
    • Fis-6.30pm – Quddiesa li tkun animata mill-Kor Parrokkjali ‘Regina Coeli‘.
    • Infakkar li matul Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ kuljum: mis-7.30am sal-4.00pm. Inħeġġu biex iż-żjajjar tagħna fiċ-Ċimiterju jkunu mumenti ta’ talb, rispett u ġabra. Nappella wkoll li tinżamm l-indafa u nirringrazzja lill-voluntiera li jagħmluha possibbli li ċ-ċimiterju jinfetaħ.
  6. Avviżi oħra:
    • Mit-Tnejn 2/11 jibda jintlaqa’ il-booking tal-intenzjonijiet tal-Quddies għas-sena 2027 b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin tagħkom. Għalhekk, mill-weekend li ġej minn fuq il-medja tal-offerti jistgħu jinġabru formoli biex teħduhom magħkom id-dar, timlewhom u mbagħad iġġibuhom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Kollox ser ikun spjegat f’dawn il-formoli.
    • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru se jkollna laqgħa soċjali għall-irġiel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Nibdew bil-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja u wara mmorru għal ikla f’Taċ-Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat fil-posters jew fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 1,165 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda b’risq il-Missjoni;
    • € 85 f’għotjiet f’envelopes għall-Missjoni;
    • € 795 bħala donazzjonijiet li għaddejtu b’risq Hospice Malta;
    • € 165 b’risq il-proġetti ta’ manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.