Avviżi – 08.11.2026 – It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 08/11:
- Fl-4.00pm jibda Pellegrinaġġ mill-Knisja saċ-ċimiterju;
- Fl-4.30pm tibda l-quddiesa fiċ-ċimiterju li fiha jsir it-tberik tal-oqbra. F’każ ta’ maltemp, il-quddiesa ssir bħas-soltu fil-Knisja.
- Il-ġimgħa d-dieħla fil-parroċċa tagħna niddedikawha lill-familji. Mit-Tnejn 09/11 sal-Ġimgħa 13/10:
- Mis-7.00pm sas-7.45pm – Laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Aktar dettalji fil-programm li jista’ jinġabar minn fejn il-bibien tal-knisja u fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- Is-Sibt 14/11:
- Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu sa nhar l-Erbgħa fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- Il-Ħadd 15/11:
- Il-ġabra fil-quddiesa ser tkun b’risq il-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.
- Mid-9.30am sa 12:00pm – Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2027, u jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
- Avviżi oħra:
- Ser jibdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2027. Dettalji ta’ dawk eliġibbli japplikaw jinsabu fin-notice boards ta’ barra l-Knisja, fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa u fuq is-sit elettroniku: knisja.mt
- Is-Sibt 28/11, bejn id-9.00am u n-12.30pm, ser jiġi organizzat irtir għall-persuni separati fil-Kurja tal-Arċisqof. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jirreġistraw online fuq dan il-link: https://parrocci.knisja.mt/forms/irtir-ghall-persuni-separati/
- Infakkar li qed jintlaqa’ il-booking tal-intenzjonijiet tal-quddiesa għas-sena 2027 b’suffraġju għall-familjari, qraba u ħbieb mejtin tagħkom. Min jixtieq jagħmel dan mitlub jiġbor formola minn fuq il-mejda tal-offerti.
- Il-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex fil-btajjel tal-Milied din is-sena ser issir nhar it-Tnejn 28/12.
- Il-Kummissjoni Tfal illum għandha għall-bejgħ minn fuq iz-zuntier ħobż ta’ San Martin u ħelu ieħor tradizzjonali.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 680 bħala ġabra speċjali għall-manutenzjoni tal-Knisja;
- € 290 mill-irġiel waqt ikla organizzata mill-parroċċa; u
- € 120 f’donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-Knisja. Grazzi.
- Nitolbu għal Alfreda Anastasi li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …


Ikkummenta