Avviżi – 15.11.2026 – It-33 Ħadd ta’ matul is-Sena – Jum il-Foqra
- L-Erbgħa 18/11:
- Mill-4.30pm ’il quddiem – L-Għaqda tal-Kompensatriċi qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni fuq l-ewwel enċiklika tal-Papa Ljun XIV: ‘Magnifica Humanitas’ ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali tar-Rabat. Aktar dettalji għal min hu interessat u booking fis-sagristija sa’ nhar it-Tlieta 17/11 filgħodu.
- Il-Ħamis 19/11:
- Fis-7.00pm – Mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ħadd 22/11, Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu:
- Il-ġbir fil-quddies ikun għall-festa esterna ta’ Santa Marija.
- Fil-5.00pm – Ċelebrazzjoni Djoċesana mmexxija mill-Arċisqof bit-Talba tal-Għasar u l-Barka Sagramentali fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid.
- Avviżi oħra:
- Fuq il-mejda tal-offerti hemm il-formoli bid-dettalji kollha għal min jixtieq joffri l-intenzjoni ta’ quddies matul l-2027 b’sufraġġju għall-familjari, qraba u ħbieb li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem.
- L-Erbgħa 25/11 u l-Ġimgħa 27/11, bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof. F’dawn il-jumejn jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
- Is-Sibt 28/11, mill-5:15pm ’il quddiem se jsir Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat fil-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- Bi tħejjija għal-lejl speċjali tal-Milied, qegħdin nistiednu:
- tfal subien u bniet fl-etajiet ta’ bejn is-7 u l-14-il sena biex jingħaqdu mal-Kor tat-Tfal Joy of the Gospel; u
- subien minn 6 snin ’il fuq biex jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini.
- Dan biex nibdew il-preparazzjoni kemm għal velja kif ukoll għall-quddiesa ta’ nofs il-lejl li niċċelebraw hawnhekk fil-knisja. Ġenituri u nanniet ħeġġu lit-tfal jinvolvu ruħhom, kellmu lilna s-saċerdoti u iktbuhom fis-sagristija.
- Il-Grupp tal-Abbatini se jerġa’ jtella’ wirja ta’ presepji, bambini u xeni ta’ natività fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Din is-sena preferibbilment ikunu minn materjal riċiklat u naturali. Dawk li jixtiequ jesebixxu jibdew jippreparaw u jinfurmawna permezz ta’ formola li se tinħareġ fil-jiem li ġejjins.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 30 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. F’dawn il-jiem ġie armat l-ewwel artal tan-navi biex issa nibdew t-tikħil u t-tibjid hemmhekk ukoll. Nirringrazzjakom.
- Nitolbu għal Michael Abela li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .


Ikkummenta