Avviżi – 22.11.2026 – L-34 Ħadd ta’ matul is-Sena: Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu
- Illum 22/11:
- Il-Kummissjoni Tfal ser ikollha għall-bejgħ doughnuts minn fuq iz-zuntier.
- Fil-5.00pm tibda ċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-festa ta’ Kristu Rè mmexxija minn Mons. Arċisqof bit-Talba tal-Għasar u l-Barka Sagramentali fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid.
- It-Tlieta 24/11:
- Fid-9.00am – Irtir organizzat mill-Grupp tan-Nisa “Magnificat” bi preparazzjoni għall-Avvent fl-Oratorju Sależjan. Imexxi Patri Pawl Attard OFM.
- L-Erbgħa 25/11 u l-Ġimgħa 27/11:
- Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fl-Uffiċċju Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof. F’dawn il-jumejn jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
- Il-Ħamis 26/11:
- Fis-7.00pm – Mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Is-Sibt, 28/11:
- Fil-5.15pm – Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- Il-Ħadd 29/11, nagħtu bidu għall-Avvent u għal Sena Liturġika Ġdida, is-Sena B
- Fil-quddiesa tad-9.30am titbierek il-girlanda tal-Avvent.
- Avviżi oħra:
- Infakkar li bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjini tal-Milied, qed nistiednu:
- tfal subien minn 6 snin ’il fuq biex jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini; u
- tfal fl-etajiet ta’ bejn is-7 u l-14-il sena biex jingħaqdu mal-Kor tat-Tfal Joy of the Gospel. Ġenituri u nanniet ħeġġu lit-tfal jinkitbu fis-Sagristija.
- Dawk li jixtiequ jesebixxu presepji jew bambini fil-wirja li l-grupp tal-abbatini se jtellgħu fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena għandhom jiġbru formola ta’ parteċipazzjoni minn fuq il-mejda tal-offerti li fiha aktar dettalji dwar din il-wirja. Wara jgħadduhielna mimlija biex isiru l-preparamenti meħtieġa.
- Infakkar li bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjini tal-Milied, qed nistiednu:
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 440 fil-ġabra b’risq il-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja;
- € 65 f’donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom.
- Nitolbu għal Mons. Pawlu Raggio saċerdot, li għal bejn l-1996 u s-sena 2000 ta servizz pastorali fil-parroċċa tagħna, li fl-aħħar jiem għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .


Ikkummenta