avvizi parrocca

Avviżi – 29.11.2026

Avviżi – 29.11.2026  –  L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  1. Il-Ħamis 03/12:
    • Fis-7.00pm jibda mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù sagramentat.
  2. Il-Ġimgħa 04/12, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, jiftaħ il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa li jibqa’ għaddej sal-Ħadd 13/12.
  3. Is-Sibt 05/12:
    • Il-quddiesa tal-4.30pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  4. Il-Ħadd 06/12:
    • Ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali b’risq ix-xogħol ta’ manutenzjoni fil-Knisja.
  5. It-Tlieta 08/12, niċċelebraw is-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni:
    • Il-ħin tal-quddiesa fil-parroċċa tagħna jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa, u tiżdied quddiesa fit-8.30am.
  6. Avviżi oħra:
    • Fost l-inizjattivi ta’ solidarjeta’ għall-Avvent, mil-lum fuq wara tal-knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel li se jingħataw bħala għajnuna lill-familji fil-bżonn.
    • Għal sena oħra, il-parroċċa qed tistieden lil min jixtieq joffri rigal għal żmien il-Milied lit-tfal residenti f’Dar Fra Diegu biex jiġbor mingħand il-membri adulti tal-Kummissjoni Tfal envelope bl-informazzjoni kollha ta’ x’għandu jsir. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand l-Arċipriet.
    • Infakkru fil-wirja li l-grupp tal-abbatini se jtellgħu fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Dawk li jixtiequ jesebixxu presepji jew bambini għandhom jiġbru formola ta’ parteċipazzjoni minn fuq il-mejda tal-offerti, u jgħadduhielna mimlija fl-iqsar żmien.
    • Il-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li l-parroċċa torganizza kull sena fil-btajjel tal-Milied ser issir nhar it-Tnejn, 28 ta’ Diċembru. Fis-sagristija bdew jintlaqgħu l-ismijiet ta’ dawk li se jiġu.
    • Il-Knisja f’Malta qed tagħmel sejħa lil katekisti u persuni interessati jkunu disponibbli jirċievu l-formazzjoni biex joffru s-servizz tagħhom fil-formazzjoni fil-fidi ta’ tfal u pre-adolexxenti b’diżabilità intellettwali permezz tal-gruppi SPRED (Special Religious Education). Min hu mħajjar u jixtieq aktar dettalji jinforma lill-Arċipriet.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • €60 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-Knisja. Nirringrazzjawkom.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.