avvizi parrocca

Avvizi – 20.02.2022

Avviżi - 20.02.2022 - Is-7 Ħadd Matul is-Sena 1. Il-ġbir fil-Knisja llum ser ikun għall-festa ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ Santa Marija. 2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li fih nitolbu għall-vokazzjonijiet u għall-bżonnijiet tal-familji tagħna. 3. L-Arċipriet u Monsinjur Louis Camilleri qed iżuru kemm jista’ jkun lil dawk li jitqarbnu fi djarhom. Nafu li hemm diversi persuni li minħabba l-età jew is-saħħa mhumiex jitilgħu l-Knisja. Napprez ...

avvizi parrocca

Avvizi – 13.02.2022

Avviżi - 13.02.2022 - Is-6 Ħadd Matul is-Sena 1. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda kienet ta’ €675. Nirringrazzjawkom tal-offerti tagħkom. 2. Infakkar lill-ġenituri fl-obbligu li jinvestu fil-formazzjoni nisranija ta’ uliedhom billi jattendu għal-lezzjonijiet tal-katekiżmu u attivitajiet oħra li jiġu organizzati fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien u tal-bniet. 3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li fih nitolbu għall-vokazzjonijiet u għ ...

avvizi parrocca

Avvizi – 06.02.2022

Avviżi - 06.02.2022 - Il-5 Ħadd Matul is-Sena 1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk qed nagħmlu l-ġabra speċjali. Fl-aħħar jiem, voluntiera tal-parroċċa battlu Dar Dun Ġwann Abela minn affarijiet li kien fadal biex jissokta x-xogħol li qed isir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Minn fondi tal-parroċċa tlesta x-xogħol ta’ tisħiħ fuq is-sistema tal-kalamita u fi Frar għandu jiġi stallat tagħmir ta’ protezzjoni minn żidiet għall-għarrieda fil-vultaġġ elettriku. Qed jit ...

avvizi parrocca

Avvizi – 30.01.2022

Avviżi - 30.01.2022 - Ir-4 Ħadd Matul is-Sena 1. Illum fil-parroċċa tagħna niċċelebraw Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00 a.m. sa qabel il-quddiesa tal-4.30 p.m. jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni privata fil-Knisja. Inħeġġiġkom biex il-Ħadd wara nofsinhar, insibu ftit tal-ħin u niġu l-Knisja nfaħħru isem il-Mulej b’riparazzjoni għad-dagħa u nitolbu għall-bżonnijiet tagħna. 2. Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa tal-preżentazzjoni ta’ Ġesu fit-temp ...

avvizi parrocca

Avvizi

Avviżi - 23.01.2022 - It-3 Ħadd Matul is-Sena 1. Xtaqt ninfurmakom dwar servizz ta’ qrar fil-parroċċa tagħna. Fr Carmelo Sacco, Salesjan, qed ikun dispost għall-qrar kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9.00 u l-10.00 a.m. fil-Kappella tal-Adorazzjoni u kull nhar ta’ Sibt bejn il-5.15 u s-6.30 p.m. fil-Knisja. Dan apparti li s-saċerdoti tal-parroċċa jkunu disposti għall-qrar f’ħinijiet oħra jew b’appuntament. 2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni b’talb għall- ...

avvizi parrocca

Avviżi – 09.01.2021

Avviżi - 09.01.2021 - Il-Magħmudija tal-Mulej 1. Kull nhar ta’ Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni b’talb għall-bżonnijiet tal-familji tagħna u l-vokazzjonijiet. Fil-parroċċa tagħna għadna l-grazzja wkoll li f’mument li jkun komdu għalina nistgħu nqattgħu ftit ħin ta’ talb fil-kwiet quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Kappella tal-Adorazzjoni f’Dar Dun Bosco. Din il-kappella tkun miftuħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd, bejn is-7.30 a.m. u d-9.00 p.m. Nirringrazzja lil dawk ...

avvizi parrocca

Avviżi – 02.01.2021

Avviżi - 02.01.2021 - L-Epifanija tal-Mulej 1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk l-offerta tagħkom tkun għall-ġabra speċjali b’riżq il-parroċċa. 2. Nirringrazzja lill-poplu ta’ Ħad-Dingli għall-ħafna ġesti sbieħ ta’ solidarjeta’ li għamel fi żmien il-Milied, bl-aħħar ġest ikun is-somma sabiħa ta’ € 5,850 li ppreżentajna l-bieraħ filgħaxija lid-Dar tal-Providenza. Din is-somma nġabret mir-raħal tagħna bħala parti mill-kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli”. F’isem id-Dar tal-Providenza ngħi ...

avvizi parrocca

Avvizi – 01.01.2021

Avviżi - 01.01.2022 Is-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi 1. L-Arċipriet, il-kleru u l-komunita’ Salesjana jawguraw lil kulħadd l-isbaħ xewqat għas-sena l-ġdida. 2. Il-ġabra tal-lum tkun strina għas-sagristana li huma kollha voluntiera. 3. Filgħaxija, illum ikollna quddiesa waħda li tibda fil-5.00. 4. F’dan il-Milied, bħala parroċċa erġajna urejna kif tiċċelebra Milied fi spirtu tassew nisrani minkejja l-isfidi kollha li għaddejjin minnhom minħabba l-pandemija. Apparti 27 hamper ...

avvizi parrocca

Avvizi – 26.12.2021

Avviżi - 26.12.2021 - Il-Familja Mqaddsa 1. Dalgħodu nistgħu nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm. Il-Mobile Blood Donation Unit ser ikun ħdejn il-knisja bejn it-8.30am u s-1.00pm. 2. Għall-aħħar jumejn tas-sena, qed nagħmlu stedina lil kulħadd biex insibu ftit ħin għal Ġesu’. Il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Knisja se tkun miftuħa l-ġurnata kollha, mit-8.00 a.m. sal-ħin tal-quddiesa ta’ filgħaxija, b’Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni privata. F’dawn il-jumejn il-kappella tal-A ...

avvizi parrocca

Avviżi – 18-12-21

Avviżi - 19.12.2021 - Ir-4 Ħadd tal-Avvent 1. Bħalissa ninsabu fin-Novena tal-Milied. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li qed jitqassam fi djarkom u li miegħu aħna s-saċerdoti qegħdin nibgħatu messaġġ għall-Milied. Dan il-messaġġ jinsab f’kartolina li qegħdin nagħtu b’tifkira lill-familji kollha u li fiha xbieha tal-pittura tal-Adorazzjoni tal-Maġi li għandna fil-kor tal-Knisja u li ġiet restawrata s-sena l-oħra. 2. In-Novena tal-Milied tkompli l-Ħadd fejn fil-quddiesa tad-9.30 a.m. jieħdu se ...