Avviżi - 20.10.2024 - Id-29 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 20/10, il-Ġurnata Missjunarja: Nitolbu ħalli l-Mulej jimliena bil-ħeġġa biex inkomplu nxandru l-bxara t-tajba tal-Evanġelju u nitolbu lill-Madonna biex tbierek u tipproteġi lill-missjunarji kollha fil-ħidmiet varji tagħhom. Min jixtieq jgħin lill-proġetti ta’ Missio Malta, jista’ jħalli donazzjoni fl-envelope li rċevejtu bil-posta u jintbagħat lill-Uffiċċju Missjunarju, jew tħallu l-envelope mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq ...
Avviżi – 13.10.2024
Avviżi - 13.10.2024 - It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 13/10: Mid-9.30am sa 12.00pm - Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2025, li jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd. It-Tlieta 15/10: Fid-9.00am jibda l-programm ta’ laqgħat tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-mistiedna se tkun il-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika. Il-Ħamis 17/10: Fis-7.15pm - L-Arċipriet jiltaqa’ mal-ġenituri u l-parrini tal-adolexxenti li se j ...
Avviżi – 06.10.2024
Avviżi - 06.10.2024 - Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena It-Tnejn 07/10: Nilqgħu l-istedina li qiegħed jagħmlilna l-Papa Franġisku għal jum ta’ sawm u talb għall-paċi fid-dinja b’mod speċjali fil-Lvant Nofsani. Mit-Tnejn 07/10 sal-Ġimgħa 11/10 ikollna l-Ġimgħa Familja: Kuljum, fis-7.00pm jibdew laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna rridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b ...
Avviżi – 29.09.2024
Avviżi - 29.09.2024 - Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena Il-Knisja tiddedika x-xahar ta’ Ottubru lir-Rużarju. Matul dan ix-xahar li ġej, din it-talba tingħad darbtejn kuljum fil-Knisja: Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30 u filgħaxija fis-6.00 quddiem Ġesu’ Sagramentat. Ir-Rużarju se tingħad ukoll f’żoni differenti b’inizjattiva tal-Leġjun ta’ Marija, l-ewwel darba nhar il-Ġimgħa 4/10 fil-5.00pm ħdejn iċ-ċimiterju. Mistiedna r-residenti li joqogħdu f’dik l-akkwata. Fuq kollox inħeġġu l ...
Avviżi – 22.09.2024
Avviżi - 22.09.2024 - Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 22/09: Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal u l-adolexxenti, lill-għalliema u lill-ħaddiema fl-iskejjel. It-tfal huma mħeġġa jġibu magħhom il-pockets jew il-basktijiet tal-iskola biex fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena skolastika ngħidu talba għall-barka tagħhom. Il-Ħamis 26/09: Fis-7.00pm, kif tintemm il-quddiesa ta’ filgħaxija, jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu ...
Avviżi – 15.09.2024
Avviżi - 15.09.2024 - L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 15/09, jitfakkar Jum Ħad-Dingli. Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali li għaliha mistieden kulħadd. Fil-binja tal-Girl Guides fi Triq il-Kbira tistgħu żżuru wirja ta’ għodda antika. Filgħaxija, fis-6.00 jsir marċ mill-banda ta’ Ħad-Dingli u fis-7.30 tibda serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali. Il-Ħamis 19/09 jiġi organizzat il-JESUS FEST: Fis-6.30pm - Quddiesa ta’ għeluq ...
Avviżi – 08.09.2024
Avviżi - 08.09.2024 - Is-Solennità tat-Twelid tal-Madonna Illum 08/09: Fis-6.00pm minn ħdejn l-għassa jitlaq it-trasport għal dawk li nkitbu għall-ħarġa għall-festa ta’ Maria Bambina fil-Mellieħa. It-Tnejn 09/09: Fl-10.00am - Radju Marija se jorganizza quddiesa fil-Knisja tagħna, u wara Pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju fejn jinsabu mistrieħa l-fdalijiet taż-żagħżugħ Rabti, Gilbert Simiana. Imexxi Fr Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija. Kulħadd mistieden. It-Tlieta 1 ...
Avviżi – 01.09.2024
Avviżi - 01.09.2024 - It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena Ix-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru, meta tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Franġisk, hu ddedikat lil aktar għarfien u għall-ħarsien tal-ħolqien. Għalhekk tajjeb li nieħdu sehem f’diversi inizzjativi - fuq livell personali u fuq dak soċjali - li jqajmu aktar kuxjenza dwar dan. Il-Bank tad-Demm qed jappella għall-għotjiet tad-demm. Illum (01/09) mit-8.30am sas-1.00pm nistgħu nkunu ta’ għajnuna billi nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Don ...
Avviżi – 25.08.2024
Avviżi - 25.08.2024 - Il-21 Ħadd ta’ matul is-Sena L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, flimkien mal-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir. Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet v ...
Avviżi – 18.08.2024
Avviżi - 18.08.2024 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA. Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti. Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom. Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 am u se titmexxa mill-eks ...


