avvizi parrocca

Avvizi – 21.08.2022

Avviżi - 21.08.2022 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija 1.   L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA.   Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum għal dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u kemm fl-isptarijiet u fl-emigranti.  Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom. 2.     Il-quddiesa solenni ta’ jum il-fes ...

avvizi parrocca

Avviżi – 14.08.2022

Avviżi - 14.08.2022  -  L-20 Ħadd ta’ matul is-Sena 1. Illum 14/08: qed nieħdu żewġ inizjattivi importanti ta’ solidarjetà għal żmien il-festa:  - Il-ġbir li se jsir fil-quddiesa se tkun l-għotja ta’ karita’ li l-parroċċa tagħti għall-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lil Hospice Malta li qed ilestu binja f’Santa Venera li se tinbidel f’kumpless biex pazjenti morda bil-kanċer u mard ieħor jingħataw kura paljattiva b’xejn u servizzi ta’ appoġġ lill-qraba. - Mit-8.30am sas-1.00pm ...

avvizi parrocca

Avviżi – 07.08.2022

Avviżi – 07.08.2022  – Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena 1. Illum 07/08: Il-ġbir fil-quddies ta’ tmiem din il-ġimgħa jkun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. Fil-quddiesa tad-9.30 a.m. ser issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda. Tajjeb ninfurmawkom tul dan ix-xahar għandna 4 abbatini mill-parroċċa li qed jagħtu servizz ta’ 10t’ijietm fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Bħalissa hemm Julian Baldacchino u Nicholas Balzan u dalwaqt imorru Aaron Azzopardi u Jayden Chircop. 2. It-Tnejn ...

avvizi parrocca

Avviżi – 31.07.2022

Avviżi - 31.07.2022  -  It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena L-Erbgħa 03/08: Fis-7.00pm, minn ħdejn il-Knisja tibda l-Mixja tal-Festa bil-waqfa ser tkun fil-ġonna tal-Palazz Verdala fil-Buskett.  Min jixtieq jiġi jista’ jinkiteb fis-sagristija.   Il-Ħamis 04/08: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù sagramentat.   Il-Ġimgħa 05/08 – Bidu tal-Kwindiċina (15-il ġurnata ta’ tħejjija għall-festa) Filgħodu - Isir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom; Il-Knisja se tkun ...

avvizi parrocca

Avviżi – 24.07.2022

Avviżi - 24.07.2022  -  Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena  Illum 24/07; Open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Min se jattendi jista’ jara x-xogħol ta’ restawr li sar, jinżlu fil-kripta, jiltaqgħu mal-isqfijiet, jattendu għall-quddiesa, jipparteċipaw f’taħdidiet informattivi u jsiru jafu aktar dwar il-ħidma pastorali li ssir mill-Knisja f’Malta.    Illum ukoll hu l-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani. Nawgurawlhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol u l-kontribut tagħhom fis-soċjeta’ tagħna. ...

avvizi parrocca

Avvizi – 17.07.2022

Avviżi  - 17.07.2022  -  Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena 1. Illum 17/07: Il-ġabra fil-quddiesa tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. 2. Il-Ħamis 21/07: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. 3. Il-Ġimgħa 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena: Fis-7:30pm - Quddiesa quddiem il-kappella, iddedikata lilha, fuq l-irdum. Wara jkollna attività soċjali li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. Il-biljett ...

avvizi parrocca

Avvizi – 10.07.2022

Avviżi  - 10.07.2022  -  L-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena  1. Nhar il-Ħamis 14/07: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat. 2. Il-ġabra fil-quddiesa tal-Ħadd li ġej tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. 3. Avviżi oħra: Infakkru li qed nagħmlu sejħa għal abbatini ġodda. It-tfal subien li huma mħajrin - minn dawk li għamlu l-Preċett ’il fuq - jistgħu jinkitbu fis-sagristija jew jinfurmaw lill-Ar ...

avvizi parrocca

Avvizi – 03.07.2022

Avviżi  - 03.07.2022  -  L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena Il-ġabra li ser issir f’din il-quddiesa hi l-ġabra speċjali tal-Ewwel Ħadd tax-xahar li tmur għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla.  Apparti minn ġewwa, fejn hemm bżonnn ta’ manutenzjoni fuq barra dan ix-xogħol qed isir ukoll u fil-fatt għadha kemm tlestiet il-manutenzjoni tal-lanterna u nbidlet is-sistema tad-dawl tas-salib, fuq nett.  Fil-jiem li ġejjin, ix-xogħol fuq barra se jinżel akta ...

avvizi parrocca

Avvizi – 26.06.2022

Avviżi - 26.06.2022 - It-13-il Ħadd ta’ matul is-Sena 1. Il-ġabra fil-quddiesa se tkun dik tal-Imnarja biex tgħin inkopru l-ispejjeż tal-festa ta’ barra. 2. Il-Ħadd fis-6:30pm se tiġi ċċelebrara quddiesa quddiem il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, b’rabta mal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. 3. Nhar it-Tlieta, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sagrament taż-żwieġ. 4. It-Tlieta mit-8.00pm ‘il quddiem, il-Kumitat Festa Esterna jt ...

avvizi parrocca

Avvizi – 18.06.2022

Avviżi - 19.06.2022 Is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej u Jum il-Missier 1. Illum 19/06, Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù - Corpus Christi: Il-ġabra li ser isir fil-quddiesa hi “l-Offerta ta’ San Pietru”, li hi l-offerta annwali tagħna li tintbagħat lill-Papa mingħand l-insara madwar id-dinja biex iqassamha f’karita’. Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċ ...