avvizi parrocca

Avvizi – 12.06.2022

Avviżi - 12.06.2022 - It-Trinità Mqaddsa – Jum l-Ewwel Tqarbina 1. Illum 12/06, it-Trinità: § Nifirħu u nitolbu għat-tfal li ser jirċievu dan is-Sagrament: 15 subien u 22 bniet. § Fid-8:45am - It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja. § Fid-9:30am - Tibda l-Quddiesa bl-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-11:00am tibda fil-11:15am. 2. It-Tnejn 13/06, nibdew ngħixu Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum sa nhar il-Ġimgħa: § Filgħodu ...

avvizi parrocca

Avvizi – 05.06.2022

Avviżi - 05.06.2022 - Għid il-Ħamsin 1. Illum 05/06, Għid il-Ħamsin – Pentekoste: § Il-ġabra tal-lum hi tal-ewwel Ħadd tax-xahar, bl-offerti tagħkom ser imorru għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Nirringrazzjakom bil-quddiem. § Fid-9.30am - Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. 2. It-Tnejn 06/06, Festa ta’ Marija Omm il-Knisja: § Fid-9.30 am - Quddiesa fid-Day Centre. § Fil-5.30 pm - L ...

avvizi parrocca

Avvizi – 29.05.2022

Avviżi - 29.05.2022 - Is-7 Ħadd tal-Għid It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum tal-Komunikazzjoni Soċjali 1. It-Tnejn 30/05: § Fis-7:15pm - Laqgħa fil-Knisja Arċipretali għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. 2. It-Tlieta 31/05, Festa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta: § Fis-6:00pm - Rużarju fil-Knisja Arċipretali bis-sehem tal-oqsma tal-Museum tal-Parroċċa tagħna; u § Fis-6:30pm - Quddiesa li fiha ssir l-Inkurunazzjoni ta’ Marija. ...

avvizi parrocca

Avvizi – 22.05.2022

Avviżi - 22.05.2022 - Is-6 Ħadd tal-Għid 1. It-Tnejn 23/05: § Fis-7:15pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali. 2. Mit-Tlieta 24/05 sal-Ħamis 26/05: § L-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq minħabba li l-Arċipriet hu fid-dmir li jkun preżenti għal-Live-In tal-Kappillani li ser isir f’dawn il-jiem fis-Seminarju, f’Tal-Virtu’, ir-Rabat. 3. Il-Ħamis 26/05: § Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fejn nitolbu għal ...

avvizi parrocca

Avvizi

Avviżi - 15.05.2022 - Il-5 Ħadd tal-Għid Il-Jum Internazzjonali tal-Familja 1. Illum 15/05: · Il-ġbir f’kull quddiesa ser ikun għall-ispejjeż tal-festa esterna ta’ Santa Marija. 2. L-Erbgħa 18/05: · Mis-7:15 sat-8:00pm - Laqgħa tal-Abbatini. Isiru nhar ta’ Erbgħa. 3. Il-Ħamis 19/05: · Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fejn se nitolbu għall-familji tagħna. 4. Is-Sibt 21/05: · Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel ...

avvizi parrocca

Avvizi – 08.05.2022

Avviżi -08.05.2022 - Ir-4 Ħadd tal-Għid Jum il-Karita’ u Jum il-Vokazzjonijiet 1. Illum 08/05: · Il-ġbir f’kull quddiesa ser ikun għall-ħidmiet ta’ karita’ li twettaq il-Knisja f’Malta permezz ta’ diversi djar u istituzzjonijiet · Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin. 2. It-Tnejn 09/05 niċċelebaw il-Festa ta’ San Ġorġ Preca: · Fis-6:30pm ...

avvizi parrocca

Avvizi – 01.05.2022 – It-3 Ħadd tal-Għid

Avviżi -01.05.2022 - It-3 Ħadd tal-Għid 1. Il-ġabra li ser issir il-lejla hi dik speċjali tal-Ewwel Ħadd tax-Xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa. Fil-ġranet li għaddew, waslulna partijiet minn brazzi li jkunu armati madwar l-artal fil-festi li nxtraw bħala spare parts. Dan sar billi dawk li kellna tul iż-żmien naqsu għax kien meħtieġ jintużaw. Wara li fl-aħħar ġimgħat, il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lestew l-ewwel fażi tax-xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ ta’ Dar Dun Ġw ...

avvizi parrocca

Avvizi – 24.04.2022

Avviżi -24.04.2022 - It-2 Ħadd tal-Għid 1. Illum fil-quddiesa tad-9.30 a.m. se tiġi ppreżentata s-somma ta’ €2,200 lil Malta for Ukraine biex jiġu nvestiti fl-edukazzjoni tat-tfal li qed jaħarbu mir-realta’ tal-gwerra fl-Ukrajna. Minn dawn, €1,382 nġabru mit-tfal tal-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli u l-kumplament mill-Karus ta’ Imħabba li sar fir-Randan u minn donazzjonijiet oħra privati li ngħataw. Barra minn hekk, se jiġu ppreżentati wkoll għadd ta’ blalen biex jintbagħtu lit-tfal fl-Ukrajna ...

avvizi parrocca

Avvizi – 17.04.2022

Avviżi - 17.04.2022 - L-Għid il-Kbir 1. L-Arċipriet flimkien mal-kleru u l-komunita’ Salesjana jawguraw lil kulħadd l-Għid it-Tajjeb. Il-quddiesa tal-Ħadd fid-9.30 se tkun organizzata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara nkomplu fuq iz-zuntier bit-tberik tal-figolli li t-tfal ikunu ġabu magħhom. Wara l-quddiesa tal-4.30 p.m. joħroġ il-Vjatku Solenni tal-morda. 2. Nhar is-Sibt li ġej, il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza “Ikla Maltija” li titwassal dirett fid-djar tagħkom f’nofsinhar jew fi ...

avvizi parrocca

Avvizi – 10.04.2022

Avviżi – 10.04.2022 - Ħadd il-Palm 1. Illum tajna bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Għada fid-9.00 a.m. ninġabru quddiem il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja. 2. Nhar it-Tlieta mit-8.00 a.m. ‘il quddiem isir it-tindif tal-Knisja. Napprezzaw ħafna l-għajnuna ta’ min jista’ jagħti daqqa t’id. 3. Nhar it-Tlieta l-Knisja se tkun miftuħa bejn il-5.30 u t-8.00 p.m. għas-servizz tal-qrar. Dakinhar wara l-quddiesa ta’ ...