avvizi parrocca

Avvizi – 10.04.2022

Avviżi – 10.04.2022 - Ħadd il-Palm 1. Illum tajna bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Għada fid-9.00 a.m. ninġabru quddiem il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja. 2. Nhar it-Tlieta mit-8.00 a.m. ‘il quddiem isir it-tindif tal-Knisja. Napprezzaw ħafna l-għajnuna ta’ min jista’ jagħti daqqa t’id. 3. Nhar it-Tlieta l-Knisja se tkun miftuħa bejn il-5.30 u t-8.00 p.m. għas-servizz tal-qrar. Dakinhar wara l-quddiesa ta’ ...

avvizi parrocca

Avvizi – 03.04.2022 – Il-5 Ħadd tar-Randan

Avviżi - 03.04.2022 - Il-5 Ħadd tar-Randan 1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk qed nagħmlu l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa fosthom għax-xogħol ta’ manutenzjoni fil-koppla li ser ikun qed isir fil-ġimgħat li ġejjin. 2. Mit-Tnejn sal-Ħamis tal-ġimgħa d-dieħla ser isir kors ta’ eżerċizzi spiritwali miftuħ għal kulħadd. Il-prietki ser isiru fil-Knisja u jibdew fil-5.30 pm. Sadanittant, nhar it-Tlieta fis-7.00 p.m. ssir laqgħa oħra ta’ formazzjoni b’tagħlim minn ħajjet dive ...

avvizi parrocca

Avvizi – 27.03.2022 – Ir-4 Ħadd tar-Randan

Avviżi - 27.03.2022 - Ir-4 Ħadd tar-Randan 1. Il-ġabra fil-quddies tal-lum hi għall-bżonnijiet tas-Seminarju; il-post fejn jirċievu l-formazzjoni saċerdotali tagħhom iż-żgħażagħ ta’ għada. 2. Kif stajtu tinnutaw, beda l-armar tal-iscaffolding tal-koppla minn ġewwa biex issirilha l-manutenzjoni meħtieġa. Il-presbiterju żżarma bħala miżura ta’ prekawzjoni sakemm fil-jiem li ġejjin jitlesta l-armar u l-koppla tkun ingħalqet. Niskużaw ruħna għal xi inkonvenjent li dan ix-xogħol jista’ joħloq u nir ...

avvizi parrocca

Avvizi – 13.03.2022 – It-2 Hadd tar-Randan

Avviżi - 13.03.2022 - It-2 Ħadd tar-Randan 1. Il-parroċċa tirringrazzjakom għall-għotjiet fil-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda li kienet ta’ €710. 2. It-Tnejn fis-7.15 p.m. ser issir laqgħa għall-fratelli fiċ-Ċentru Parrokkjali. 3. Nhar it-Tlieta fis-7.00 p.m. jkollna t-tieni laqgħa li matulha nħarsu lejn episodji minn ħajjet diversi dixxipli li wieġbu għas-sejħa li għamlilhom il-Mulej. Dan qed nagħmluh permezz ta’ siltiet mill-Bibbja u mis-serje Kristjana The Chosen. Se nkunu qed niddiskutu ...

avvizi parrocca

Avvizi – 06.03.2022

Avviżi - 06.03.2022 - L-1 Ħadd tar-Randan 1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk l-offerta li se nagħtu waqt il-ġbir se tkun għall-ġabra speċjali b’risq il-bżonnijiet tal-parroċċa. 2. Matul ir-Randan, fil-knisja qed ikollna diversi mumenti ta’ talb u mezzi kif nikbru fil-fidi tagħna. Kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa, fis-6.00 p.m. tingħad il-Via Sagra. Nhar ta’ Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija tibqa’ ssir l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat. U darba f’ġimgħa, nibdew mit-Tlieta li ...

avvizi parrocca

Avvizi – 27.02.2022

Avviżi - 26.02.2022 - It-8 Ħadd tas-Sena 1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes, din is-sena bi stedina mill-Papa Franġisku biex dakinhar nosservaw jum ta’ talb u sawm għall-paċi fl-Ukrajna. Għal dan il-għan, nhar l-Erbgħa wara nofsinhar il-Knisja tiftaħ fl-4.00 fejn issir l-espożizzjoni ta’ Ġesu Sagramentat għal adorazzjoni privata; fil-5.00 jibda servizz ta’ qrar u jkun hawn mument ta’ talb organizzat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija; fis-6.00 jingħad ir-Rużarju; fis-6.30 kulħa ...

avvizi parrocca

Avvizi – 20.02.2022

Avviżi - 20.02.2022 - Is-7 Ħadd Matul is-Sena 1. Il-ġbir fil-Knisja llum ser ikun għall-festa ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ Santa Marija. 2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li fih nitolbu għall-vokazzjonijiet u għall-bżonnijiet tal-familji tagħna. 3. L-Arċipriet u Monsinjur Louis Camilleri qed iżuru kemm jista’ jkun lil dawk li jitqarbnu fi djarhom. Nafu li hemm diversi persuni li minħabba l-età jew is-saħħa mhumiex jitilgħu l-Knisja. Napprez ...

avvizi parrocca

Avvizi – 13.02.2022

Avviżi - 13.02.2022 - Is-6 Ħadd Matul is-Sena 1. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda kienet ta’ €675. Nirringrazzjawkom tal-offerti tagħkom. 2. Infakkar lill-ġenituri fl-obbligu li jinvestu fil-formazzjoni nisranija ta’ uliedhom billi jattendu għal-lezzjonijiet tal-katekiżmu u attivitajiet oħra li jiġu organizzati fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien u tal-bniet. 3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li fih nitolbu għall-vokazzjonijiet u għ ...

avvizi parrocca

Avvizi – 06.02.2022

Avviżi - 06.02.2022 - Il-5 Ħadd Matul is-Sena 1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk qed nagħmlu l-ġabra speċjali. Fl-aħħar jiem, voluntiera tal-parroċċa battlu Dar Dun Ġwann Abela minn affarijiet li kien fadal biex jissokta x-xogħol li qed isir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Minn fondi tal-parroċċa tlesta x-xogħol ta’ tisħiħ fuq is-sistema tal-kalamita u fi Frar għandu jiġi stallat tagħmir ta’ protezzjoni minn żidiet għall-għarrieda fil-vultaġġ elettriku. Qed jit ...

avvizi parrocca

Avvizi – 30.01.2022

Avviżi - 30.01.2022 - Ir-4 Ħadd Matul is-Sena 1. Illum fil-parroċċa tagħna niċċelebraw Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00 a.m. sa qabel il-quddiesa tal-4.30 p.m. jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni privata fil-Knisja. Inħeġġiġkom biex il-Ħadd wara nofsinhar, insibu ftit tal-ħin u niġu l-Knisja nfaħħru isem il-Mulej b’riparazzjoni għad-dagħa u nitolbu għall-bżonnijiet tagħna. 2. Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa tal-preżentazzjoni ta’ Ġesu fit-temp ...