avvizi parrocca

Avviżi – 01.01.2023

Avviżi - 01.01.2023  -  Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi Illum 01/01, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex nawgurawlkom ilkoll is-Sena t-Tajba. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5:00pm. Fl-għodwa tas-Sibt tħabbret il-mewt tal-Papa Emeritu Benedittu XVI. Il-funeral ser isir fil-Vatikan n ...

avvizi parrocca

Avviżi – 25.12.2022

Avviżi - 25.12.2022  -  Il-Milied Illum 25/12, Il-Milied: L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Chris Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex nawgurawlkom ilkoll il-Milied it-Tajjeb. Ejjew inkomplu nitqaddsu billi nersqu lejn is-sagramenti matul dan iż-żmien tal-Milied. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00pm. Il-Ħamis 29/12: Qed norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ninġab ...

avvizi parrocca

Avviżi – 18.12.2022

Avviżi - 18.12.2022  -  Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Illum 18/12, Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent u tkompli n-Novena tal-Milied: Fid-9:30am quddiesa għat-tfal li fiha jsir it-tberik tal-bambini u l-grotti li jġibu magħhom. Wara l-quddiesa jiġi nawgurat il-Presepju tal-Knisja. Inħeġġukom issegwu l-programm tan-novena li tqassam fi djarkom u kull ġurnata qed jittella’ fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’. Fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tal-Milied. L-Oratorju Salesjan qed jorgani ...

avvizi parrocca

Avviżi – 11.12.2022

Avviżi - 11.12.2022  -  It-Tielet Ħadd tal-Avvent L-Erbgħa 14/12: Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza buffett breakfast tal-Milied f’lukanda f’San Ġiljan. Kitba għand il-membri tal-grupp sat-Tlieta filgħodu. Il-Ħamis 15/12: Tibda n-Novena tal-Milied:- Matul il-ġimgħa fil-knisja ssir darbtejn kuljum: Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30; u Filgħaxija wara l-quddiesa tas-6:30 u li fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali. Il-ħsieb fil-quddiesa ta’ filgħaxija ser ikun dwar it-tifsir ...

avvizi parrocca

Avviżi – 04.12.2022

Avviżi - 04.12.2022  -  It-Tieni Ħadd tal-Avvent Illum 04/12, It-Tieni Ħadd tal-Avvent: Mit-8:30am sas-1:00pm - Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Il-karta tal-identità u l-maskra huma meħtieġa. Fit-3:00pm ser isir marċ favur il-ħajja li jibda minn Pjazza Kastilja, fil-Belt. B’rabta ma’ din l-inizjattiva qed tinġabar petizzjoni. Min jixtieq jiffirmaha jista’ jagħmel dan billi jidħol fis-sit: salvani.eu It-Tlieta 06/12: Fid-9:30am - Laqgħa tal-Grupp tan-N ...

avvizi parrocca

Avviżi – 27.11.2022

Avviżi - 27.11.2022  -  L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Illum 27/11, l-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Nagħtu bidu għal Sena Liturġika ġdida – Sena A It-Tlieta 29/11: Fid-9:30am – Jibda nofs ta’ nhar irtir għal żmien l-Avvent organizzat mill-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. Imexxi Patri Victor Paul Farrugia, Karmelitan. L-irtir ser isir fl-Oratorju Sależjan, f’Ħad-Dingli stess. Inħeġġu għal attendenza sabiħa. Il-Ħamis 1/12: Fis-7:00pm - Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddie ...

avvizi parrocca

Avviżi – 20.11.2022

Avviżi - 20.11.2022  -  L-34 Ħadd ta’ matul is-Sena Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu Illum 20/11, Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu: Fil-5.00pm tibda Ċelebrazzjoni Djoċesana mmexxija mill-Arċisqof fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt. Il-Ħamis 24/11: Mons. Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann li fiha ser irodd ħajr lil Alla fl-10 anniversarju mill-ordinazzjoni episkopali tiegħu. Il-quddiesa tibda fis-6.30pm u għaliha k ...

avvizi parrocca

Avviżi – 13.11.2022

Avviżi - 13.11.2022  -  It-33 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 13/11, Jum il-Foqra: Il-Kummissjoni Tfal Dinglin tal-parroċċa għalqet 10 snin. Waqt li nħeġġu lit-tfal jattendu għall-quddiesa tad-9:30am, nirringrazzjaw lil dawk li b’tant impenn u dedikazzjoni jaħdmu fi ħdanha. It-Tlieta 15/11: Fid-9:30am – Fil-Knisja ser issir il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. L-Erbgħa 16/11: Mill-4:30pm - Laqgħa ta’ Formazzjoni għal kulħadd organizzata mill- Għaqda tal-Kompensatriċi, fiċ-Ċentru P ...

avvizi parrocca

Avviżi – 06.11.2022

Avviżi - 06.11.2022  -  It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 06/11: Fl-4:30pm tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-ċimiterju u fi tmiemha jsir it-tberik tal-oqbra. Jekk it-temp ma jippermettix, il-quddiesa ssir bħas-soltu fil-Knisja. (Minħabba l-istat tat-triq ta’ quddiem iċ-ċimiterju rajna li jkun aħjar li ma jsirx il-pellegrinaġġ mill-Knisja saċ-ċimiterju.) L-Erbgħa 09/11 u l-Ħamis 10/11: Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar ...

avvizi parrocca

Avviżi – 30.10.2022

Avviżi - 30.10.2022  -  Il-31 Ħadd ta’ matul is-Sena Illum 30/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja (nhar is-26 ta’ Marzu 1939 mill-Isqof Mikiel Gonzi) u Jum il-Griżma tal-Isqof: Fid-9.30am - Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni. Fl-4.30pm - Quddiesa li fiha 39 adoloxxent – 24 subien u 15 bniet - mill-parroċċa tagħna se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Tajjeb li nżommu lil dawn l-adoloxxenti f’talbna. It-Tlieta 01/11, is-Solennità tal-Qaddis ...