VSM

MARIJA ASSUNTA, Bogħod mill-għajn, imma żgur mhux mill-qalb tagħna

Għeżież Dinglin u dawk kollha li fil-jiem tal-festa se tingħaqdu magħna. Waqt li nsellmilkom, ħsibt li jkun tassew xieraq li nikteb dan l-ewwel messaġġ tiegħi għall-festa jew aħjar, li nintroduċi l-messaġġi u l-ħsibijiet tiegħi bħala Arċipriet ta’ din il-parroċċa, fid-dawl tar-realtà li Santa Marija mtellgħa s-sema, il-qaddisa patruna tar-raħal tagħna Ħad-Dingli, u saħansitra patruna tal-gżejjer Maltin, għandha tfisser għalina li nħaddnu l-fidi nisranija: “Hienja dik li emmnet ...” - “Henjin ...

white clouds

Biex tapprezza ż-żernieq, jeħtieġ li jidlam!

Il-poeta nazzjonali Malti, Dun Karm Psaila, ħalla warajh wirt mill-isbaħ. Mhux qed nirreferi biss għall-Innu Malti, jew il-poeżiji tant sbieħ li għadna ngawdu fil-letteratura tagħna, iżda għad-diversi innijiet liturġiċi li mal-melodija sabiħa tagħhom jakkumpanjaw iċ-ċelebrazzjonijiet tagħna. Fost dawn, wieħed jistà jsemmi l-innu li nkiteb għall-Kungress Ewkaristiku li sar f’Malta fl-1913, Nadurawk ja Ħobż tas-Sema, l-innu Marjan li nkantaw tul ix-xhar ta’ Mejju, Fil-Ħlewwa ta’ Mejju, u l-innu de ...