avvizi parrocca

Avvizi – 29.08.2021

Avviżi – 29.08.2021 – It-22 Ħadd ta’ Matul is-Sena

1. L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa titulari li ċċelebrajna lil Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Kienet festa partikulari ħafna minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, iżda nemmnu li tatna ċans nirriflettu fuq is-sens veru ta’ dak li niċċelebraw: ix-xewqa li nsiru dixxipli li nixbħu lil Marija u li permezz tagħha naslu għand Ġesu’. Jalla Marija tibqa’ tkun l-omm tat-tama tagħna. Radd il-ħajr speċjali lill-voluntiera kollha li għenu biex tellajna ċelebrazzjonijiet sbieħ, kemm fil-Knisja kif ukoll f’dak li sar fuq barra. Nitolbu ‘l Santa Marija żżommna taħt il-ħarsien tagħha.

2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat li se jitmexxa mill-grupp tal-Kompensatriċi.

3. Il-quddiesa tas-Sibt li ġej fl-4.30 p.m. se tkun bis-sagrament taż-żwieġ.

4. Il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-Xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċċa.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.