Avviżi – 12.09.2021 – L-24 Ħadd ta’ Matul is-Sena
1. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tad-9.30 a.m. tkun organizzata b’mod speċjali għat-tfal tal-parroċċa. Inħeġġuhom jattendu flimkien bħala familja.
2. Ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu tkompli fil-jiem li ġejjin. Ġenituri tat-tfal li se jibdew il-Year 2, jiġifieri dawk li s-sena d-dieħla se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina, għandhom jiġu jirreġistraw lil uliedhom biex mill-aħħar ta’ dan ix-xahar jibdew jattendu għad-duttrina fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. Ir-reġistrazzjoni ser issir fl-Uffiċċju Parrokkjali nhar it-Tlieta bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar; u l-Erbgħa bejn l-4.30 u s-6.00 p.m.
3. L-adorazzjoni tal-Ħamis filgħaxija din il-ġimgħa mhux ser issir. Infakkarkom li fil-parroċċa tagħna għandna Kappella tal-Adorazzjoni f’Dar Dun Bosco li tkun miftuħa kuljum, anke s-Sibt u l-Ħadd, bejn is-7.30 a.m. u d-9.00 p.m. Dan hu post għat-talb fis-skiet quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Kemm hi ħaġa sabiħa li ta’ spiss tara nies jidħlu fil-kappella għal ftit ħin ta’ talb. Ejjew ilkoll nagħmlu l-istess.
4. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda kienet ta’ €655. Nirringrazzjawkom tal-offerta tagħkom.
5. Nhar it-Tnejn 27 ta’ Settembru ser issir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru. Il-laqgħa tibda fis-7.15 p.m. u ser issir fil-Knisja.
6. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil oħtna Alfreda Abela. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta