Avviżi – 28.08.2022 – It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena
1. L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, Monsinjur Louis Camilleri, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema.
Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir. Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet viċin ukoll min qed ibati u jeħtieġ l-għajnuna permezz ta’ diversi inizjattivi ta’ solidarjeta’ li ttieħdu.
J’Alla li fuq kollox, il-festa kienet mezz biex permezz ta’ Marija ersaqna aktar qrib lejn binha, Ġesu’.
2. It-Tnejn 29/08:
Fis-7:00pm – Inawgurazzjoni uffiċċjali tal-estensjoni tal-binja tal-Oratorju Salesjan f’Ħad-Dingli, ippreseduta mill-Isqof Awżiljarju, Mons. Joe Galea Curmi, u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr Ian Borg. Kulħadd mistieden.
3. Il-Ħamis 01/09:
Fis-7:00pm, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
4. Il-Ġimgħa 02/09 – L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; fis-5:45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
5. Avviżi oħra:
Nhar it-8 ta’ Settembru, se norganizzaw transport għall-festa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa. It-trasport jitlaq fil-5.30 p.m. minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 bħala donazzjonijiet għall-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla; u
- € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-karità. Grazzi.
7. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil oħtna Maria Tanti li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠
Ikkummenta