avvizi parrocca

Avviżi – 01.01.2023

Avviżi – 01.01.2023  –  Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi

  1. Illum 01/01, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi:
    • L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex nawgurawlkom ilkoll is-Sena t-Tajba.
    • Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5:00pm.
  2. Fl-għodwa tas-Sibt tħabbret il-mewt tal-Papa Emeritu Benedittu XVI. Il-funeral ser isir fil-Vatikan nhar il-Ħamis fid-9.30 a.m. Bħala parroċċa, lejliet, jiġifieri nhar l-Erbgħa filgħaxija, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ser isir mument ta’ talb u adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat b’radd il-ħajr lil Alla għall-ħajja tal-Papa Emeritu Benedittu XVI u għall-ġid li għamel lill-Knisja.
  3. Nhar l-Erbgħa 04/01:
    • Il-judges tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju u tal-isbaħ tieqa ta’ dar ser iduru lill-parteċipanti mis-6.00 pm ‘il quddiem.
  4. Il-Ġimgħa 06/01, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8:30am u fis-5:45pm – servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  5. Is-Sibt 07/01:
    • Fis-5:45pm – Quddiesa mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, u li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-koppji li żżewġu fl-2022.
  6. Il-Ħadd 08/01, Solennità tal-Epifanija tal-Mulej.
    • Fid-9:15 – Purċissjoni qasira flimkien mal-Maġi mill-Kappella tal-Adorazzjoni tal-Oratorju Sależjan lejn il-Knisja, li tagħti bidu għall-Quddiesa tad-9:30am. Ġenituri u tfal, flimkien ma’ dawk li ġew joqgħodu ġodda fil-parroċċa tagħna, mistiedna jattendu għal din il-quddiesa b’mod speċjali.
    • Il-ġabra fil-quddiesa tkun speċjali għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Issa wasalna fil-fażi li tibda tiġi applikata ż-żebgħa u l-irtokki fl-induratura.
  7. Avviżi oħra:
    • Infakkar li l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq fil-jiem li ġejjin u jerġa’ jiftaħ fit-Tnejn 9/01/23.
    • Dawk li għadhom ma tawx id-donazzjoni għad-Dar tal-Providenza bħala parti mill-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” jistgħu jħallu l-envelope tagħhom fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. L-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza ntant qed tistieden lil kulħadd biex illum iżur id-dar waqt Open Day.  Il-flus miġbura mill-parroċċa tagħna se jiġu ppreżentati l-lejla.
    • Il-biljetti tal-lotterija organizzata mill-Kumitat Festa Esterna qed jintlaqgħu sal-lum fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti. Il-lotterija titla’ t-Tnejn.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 40 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.