Avviżi – 11.06.2023 – Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi
- Illum 11/06, Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi:
- Minn wara l-quddiesa tal-11:00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Fil-5:00pm – Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Christopher Bugeja. Wara, purċissjoni bis-Sagrament bis-sehem fost l-oħrajn tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġuże’ Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa u tintemm bil-barka Sagramentali fuq iz-zuntier.
- Mit-Tnejn 12/06 sal-Ħamis 15/06:
- Fis-7.15pm – Ser issir Ġimgħa ta’ Tagħlim fil-kappella tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien bit-tema: “Il-Verita’ Teħliskom”. Ta’ min naħtfu din l-opportunità ta’ tagħlim nisrani għall-adulti.
- Il-Ġimgħa 16/06, Festa tal-Qalb ta’ Ġesù:
- Mill-4.30pm – Ġesu’ Sagramentat ikun espost għall-adorazzjoni fil-Knisja;
- Fis-6.30pm – Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet Dun David Farrugia u wara Purċissjoni bis-Sagrament bis-sehem ukoll tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġuże’ Abela, Għar Bittija, il-31 ta’ Diċembru 1678, il-Kbira u l-M.U.S.E.U.M. u tintemm fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien fejn isir l-Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Ġesù u tingħata l-Barka Sagramentali.
- Fil-għaxija Monsinjur Arċisqof se jordna bħala saċerdot fl-Oratorju Salesjan ta’ Tas-Sliema, lid-djaknu Salesjan Fr Jean Paul Mutumbo resident fil-Komunita’ Savio College f’Ħad-Dingli. Nawgurawlu u nitolbu għalih.
- Is-Sibt 17/06:
- Fis-6:30pm, il-Quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
- Il-Ħadd 18/06:
- Il-ġbir fil-quddiesa jkun dak magħruf bħala “l-Offerta ta’ San Pietru”, b’risq l-għotjiet ta’ karità li jagħmel il-Papa.
- Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin.
- Avviżi oħra:
- Il-Ġimgħa 16/06 – Bejn id-9:30am u l-11:30am, ir-Reġjun Punent ser jorganizza sessjoni ta’ għarfien ġewwa d-Day Centre ta’ Ħad-Dingli dwar forom differenti ta’ abbuż li anzjan jista’ jiffaċċja.
- It-Tlieta 20/06, l-Erbgħa 21/06, u l-Ħamis 22/06 – Bejn l-4:30pm u s-7:00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. F’dawn il-jiem jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
- Dawk li jixtiequ jagħmlu reklam fil-programm tal-festa ppublikat mill-parroċċa għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 680 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda b’risq il-proġett ta’ restawr u manutenzjoni tal-koppla;
- € 30 bħala donazzjonijiet għall-parroċċa;
- € 290 b’risq il-parroċċa waqt l-Ikla tal-Irġiel. Grazzi.
Ikkummenta