avvizi parrocca

Avviżi – 18.06.2023

Avviżi  –  18.06.2023  –  Il-11-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 18/06:
    • Fid-9.00am isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.  Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin.
    • Ikollna wkoll bejgħ ta’ doughnuts minn fuq iz-zuntier b’risq il-Kummissjoni Tfal.
    • Mill-4.00pm sat-8.30pm – Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta, se jkun miftuħ f’okkażjoni oħra għall-pubbliku biex igawdi mingħajr ħlas l-Arazzi tal-Granmastru Perellos, bi żjarat gwidati.
  2. It-Tlieta 20/06, l-Erbgħa 21/06, u l-Ħamis 22/06 – Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. F’dawn il-jiem jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
  3. Il-Ħamis 22/06:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagrpamentat.
  4. Il-Ħadd 25/06:
    • Il-ġbir fil-quddies tkun il-Ġabra tal-Imnarja, għall-bżonnijiet tal-festa ta’ barra.
    • Fis-6.30pm – Quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija.
  5. Avviżi oħra:
    • Il-rivista FLIMKIEN għax-xhur Ġunju-Lulju waslet u tistgħu tiġbruha minn ħdejn il-bibien tal-Knisja intom u ħerġin. Inħeġġukom tieħdu kopja għall-familja tagħkom.
    • It-Tnejn 26/06 se norganizzaw trasport għat-trade fair fl-MFCC, Ta’ Qali. It-trasport jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.00pm. Dawk interessati għandhom jinkitbu għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
    • Qed nagħmlu sejħa għal abbatini ġodda. Tfal subien li huma mħajrin – minn dawk li għamlu l-Preċett ’il fuq – jistgħu jinkitbu fis-sagristija jew jinfurmaw lill-Arċipriet jew lil Dun Christopher Bugeja.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 10 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.