avvizi parrocca

Avviżi – 15.08.2023

Avviżi – 15.08.2023  –  Is-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna

  1. It-Tlieta 15/08: L-Għid tal-Assunta
    • Nistiednu ‘l min għandu mutur biex jieħu sehem fil-pellegrinaġġ tal-muturi li jitlaq minn fuq iz-zuntier tal-Imġarr fl-09.45am u jasal ħdejn il-knisja ta’ Ħad-Dingli ftit qabel il-11.00 fejn isir it-tberik tas-sewwieqa.
  2. L-Erbgħa 16/08:
    • Mit-8.00 am ser isir il-ħasil tal-Knisja. Napprezzaw l-għajnuna ta’ kull min jista’ jagħti daqqa t’id
  3. L-Erbgħa nagħtu bidu għat-tridu tal-festa.
    • L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa kuljum ser ikollna servizz ta’ qrar minn konfessur barrani mis-5.45 p.m. ‘il quddiem. Il-quddiesa ta’ filgħaxija fit-tliet ijiem tat-tridu se tkun ukoll opportunita’ għalina ta’ tagħlim dwar il-Madonna, bi ħsieb kull darba mill-Kappillan tal-komunita’ Ġriega-Kattolika f’Malta, il-Papas Martin Zammit. Id-dettalji kollha fil-Programm tal-Festa.
  4. Is-Sibt 19/08: Lejlet il-Festa
    • Ser ikollna servizz ta’ qrar minn konfessur barrani fit-8.30am u fil-5.30pm. Filgħaxija jkollna quddiesa waħda li tibda fis-7.00, peress li fis-6.00 tibda t-translazzjoni solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien sal-knisja fejn ikollna l-kant tal-ewwel għasar.
  5. Il-Ħadd 20/08: Jum il-Festa
    • Qed nagħmlu stedina speċjali lil kulħadd biex fil-festa nieħdu sehem fil-quddiesa solenni li tibda fid-9.15am. Se jkollna magħna lir-rappreżentant tal-Papa f’Malta, in-Nunzju Appostoliku, l-Arċisqof Savio Hon Tai-Fai, Salesjan. Se jinseġ il-paniġierku l-Kan. Michael Galea mix-Xagħra li għandu kelma tajba ħafna għalina lkoll.
    • Filgħaxija, għas-6.45 ninġabru barra l-Knisja biex nilqgħu l-istatwa ta’ Santa Marija fil-ħruġ tal-purċissjoni. Id-dħul lura fil-Knisja jsir għall-10.15.
  6. Wara l-festa ser ikollna żewġ ħarġiet: it-Tnejn 21/08 ġurnata l-baħar Little Armier u l-Erbgħa 23/08 ġurnata Għawdex. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
  7. Avviżi oħra:
    • L-envelopes bl-offerta għall-festa ta’ ġewwa li tqassmu mal-programm tistgħu tħalluhom waqt il-ġbir fil-knisja jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
    • L-Arċipriet qed jilqa’ offerti mingħand għaqdiet u individwi għall-bukketti ta’ imħabba lil Santa Marija; dawn imorru għall-ispejjeż tal-fjuri ħdejn l-istatwa u fil-knijsa u biex nifdu l-ispejjeż tal-festa.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.