avvizi parrocca

Avviżi – 27.08.2023

Avviżi – 27.08.2023  –  Il-21 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, u l-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir.  Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet viċin ukoll min jeħtieġ l-għajnuna permezz ta’ diversi inizjattivi ta’ solidarjetá li ttieħdu. Fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa hemm l-omeliji li saru fit-tridu, lejlet u nhar il-festa għal min jixtieq jismagħhom bħala mezz ta’ tagħlim nisrani għal kulħadd.J’Alla li fuq kollox, il-festa kienet mezz biex permezz ta’ Marija ersaqna aktar qrib lejn binha, Ġesú.
  2. Il-Ħamis 31/08:
    • Fis-7.00pm, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 01/09 – L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu – Isir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom;
    • Fis-5:45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  4. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 20 bħala donazzjoni għall-manutenzjoni tas-sellum tal-koppla li x-xogħol fuqu hu avvanzat ħafna. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.