avvizi parrocca

Avviżi – 03.09.2023

Avviżi – 03.09.2023  –  It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Infakkru li x-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru – Festa ta’ San Franġisk – huwa ddedikat lill-aktar għarfien u għall-ħarsien tal-ħolqien. Għalhekk tajjeb li nieħdu sehem f’diversi inizzjativi – fuq livell personali u fuq dak soċjali – li jqajmu aktar kuxjenza dwar dan.
  2. Il-Ħamis 07/09:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 08/09, Solennità tat-Twelid tal-Madonna – Jum il-Vitorja.
    • Tajjeb li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ħinijiet tal-quddiesa l-Ġimgħa ser ikunu fis-6:00am, fis-7:30am, fit-8:30am u fis-6:30pm.
    • Filgħaxija ser norganizzaw transport għall-festa tal-Vitorja tal-Mellieħa. It-trasport jitlaq fis-6.00pm minn ħdejn l-għassa. Fadal l-aħħar ftit postijiet, b’min hu interessat jista’ jkellem lill-Arċipriet jew jinkiteb fis-sagristija.
  4. Is-Sibt 09/09:
    • Kif isir kull tieni Sibt tax-xahar, fis-6.00pm fis-Seminaru f’Tal-Virtu’ tiġi ċċelebrata quddiesa u wara adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet saċerdotali organizzata miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet. Kulħadd mistieden. Tajjeb inżommu fit-talb tagħna lis-seminaristi fosthom lil Daniel Abela mill-parroċċa tagħna li se jibda t-tielet sena.
  5. Il-Ġimgħa 15/09:
    • Filgħaxija – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi ikel Malti u tombla, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf.
  6. Avviżi oħra:
    • L-Għaqda tal-Kompensatriċi Nazzjonali ser torganizza Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, u wara ikla fl-istess lokal. Dan ser isir il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru, bit-trasport jitlaq fl-4.30pm. Booking fis-Sagristija sal-Ħadd li ġej, 10 ta’ Settembru.
    • Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru ser isir il-ftuħ tas-sena tad-duttrina għat-tfal kollha li jattendu fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-Parroċċa tagħna. Għaldaqstant, ġenituri li għandhom uliedhom li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina jew il-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2024), għandhom jaħsbu biex jirreġistrawhom fil-M.U.S.E.U.M. Tajjeb jibdew jagħmlu kuntatt mas-Superjuri u jiċċekjaw il-paġni ta’ facebook tal-M.U.S.E.U.M. għal aktar informazzjoni.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 70 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tas-sellum tal-koppla. Grazzi.
  8. Nitolbu għal ruħ Antonio Falzon li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.