avvizi parrocca

Avviżi – 22.10.2023

Avviżi – 22.10.2023  –  Id-29 Ħadd ta’ matul is-Sena u Jum il-Missjoni

  1. Illum 22/10, Jum il-Missjoni:
    • Nitolbu ħalli l-Mulej jimliena bil-ħeġġa biex inkomplu nxandru l-bxara t-tajba tal-Evanġelju u nitolbu lill-Madonna biex tbierek u tipproteġi lill-missjunarji kollha fil-ħidmiet varji tagħhom. Aħna mħeġġa ngħinu ħidmet il-missjunarji bit-talb u bl-offerti tagħna. Fl-envelopes li waslu fid-djar jista’ jintbagħat ċekk bil-posta lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħallu l-envelope bid-donazzjonijiet mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti.
  2. It-Tnejn 23/10:
    • Fis-7.00 pm – Laqgħa għall-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
  3. It-Tlieta 24/10:
    • Fid-9.30 am – Jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-laqgħa ta’ din il-ġimgħa se tkun dwar is-sigurta’ fid-djar.
    • Fis-7.00 pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
  4. L-Erbgħa 25/10:
    • Fis-6.30 pm se tiġi ċċelebrata quddiesa fil-kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Salesjan. Nofs siegħa qabel se jkun hemm servizz ta’ qrar.
  5. Il-Ħamis 26/10:
    • Fis-7.00pm – Fil-Knisja Arċipretali jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat u qrar għall-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma.
  6. Il-Ġimgħa 27/10:
    • Fil-5.00 pm – Jingħad rużarju ieħor fil-beraħ mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija, din id-darba ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar. Ir-residenti tal-inħawi mistiedna jattendu.
    • Fis-7.00 pm – Rehearsal u l-aħħar preparamenti għall-Griżma fil-Knisja Arċipretali.
    • Fis-7.00 pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pasta Buffett, fiċ-Ċentru Parrokkjali, li tinkludi wkoll tombla. Il-booking miftuħ mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa. Qed jintlaqgħu wkoll ordnijiet għal ħelu tradizzjonali ta’ Novembru biex jinġabru minn fuq iz-zuntier fil-weekend li ġej fejn ser ikollna l-bejgħ ta’ ħelu ieħor.
  7. Is-Sibt 28/10:
    • Mill-5.00pm sas-6.00pm – Qrar għall-ġenituri, parrini u dawk involuti fil-Griżma fil-Knisja Arċipretali.
  8. Il-Ħadd 29/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u Jum il-Griżma tal-Isqof:
    • Fil-quddiesa tad-9.30am jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni;
    • u fl-4:30pm – Quddiesa li fiha 36 adolexxent – 14 subien u 22 bniet – se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Tul din il-ġimgħa, tajjeb li nżommu lil dawn l-adolexxenti fit-talb tagħna.
  9. Avviżi oħra:
    • Infakkru li l-avviżi tal-parroċċa u informazzjoni oħra jkunu fin-notice boards tal-Knisja u ppubblikati wkoll fuq il-paġna ta’ facebook “Parroċċa Ħad-Dingli”.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.