avvizi parrocca

Avviżi – 29.10.2023

Avviżi – 29.10.2023  –  It-30 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 29/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja  (nhar is-26 ta’ Marzu 1939 mill-Isqof Mikiel Gonzi) u Jum il- Griżma tal-Isqof:
    • Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni.
    • Fl-4.30pm – Quddiesa li fiha 36 adolexxent se jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Inżommu lil dawn l-adoloxxenti f’talbna.
  2. It-Tlieta 31/10:
    • Fid-9:30am ssir il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Is-suġġett ser ikun It-tkabbir tan-naħal u l-għasel.
  3. L-Erbgħa 01/11, Solennità tal-Qaddisin kollha u t-73 anniversarju mid-Domma tal-Assunta.
    • Tkun ħaġa sabiħa li dakinhar nieħdu sehem fil-quddiesa, bil-ħinijiet ser ikunu bħal matul il-ġimgħa.
    • Il-Kummissjoni Tfal Dinglin qed jistiednu lit-tfal kollha biex fil-4.45pm jinġabru ħdejn il-knisja u wara jduru xi toroq jiġbru xi donazzjonijiet u ħelu għal dar Fra Diegu. It-tfal jistgħu jilbsu ta’ qaddisin jew anġli. Dawk li jixtiequ li t-tfal iħabbtulhom ipoġġu xemgħa mixgħula fit-tieqa u santa/statwa ta’ xi qaddis.
    • Fis-6:30pm – Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali u bis-sehem tat-tfal li jkunu ħadu sehem fl-attività.
  4. Il-Ħamis 02/11, ikun l-Għid tal-Imwiet, fejn aħna mħeġġin nitolbu għal ħutna l-mejtin.
    • Filgħodu, il-quddies ikun f’dawn il-ħinijiet:
      • Fis-6.00am, fis-6.45am, u fis-7.30am.
    • Fil-għaxija l-quddiesa tas-6.30pm tkun konċelebrazzjoni u animata mill-Kor Parrokkjali.
    • F’Novembru kollu ċ-ċimiterju jkun miftuħ kuljum bejn is-7.30am u l-4:00pm. Iż-żjajjar tagħna fiċ-Ċimiterju għandhom ikunu mument ta’ talb, rispett u ġabra. Importanti wkoll li tinżamm l-indafa.
  5. Il-Ġimgħa 03/11, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
    • Il-Kummissjoni Tfal Dinglin qed jistiednu lit-tfal u l-familji għal ħarġa fl-okkażjoni tal-btajjel tal-bidu ta’ Novembru. Fit-3.30pm, jinġabru fejn il-knisja biex imorru għal żjara fl-istudios ta’ CPImedia f’Santa Venera fejn jiġu rrekordjati u imxandra diversi programmi soċjo-reliġjużi għall-istazzjonijiet televiżivi prinċipali lokali. Se jkollhom ukoll mument ta’ talb u rikreazzjoni fil-ġnien. Dawk li se jattendu huma mistiedna jkellmu lill-membri tal-Kummissjoni Tfal jew jinkitbu fis-sagristija u jġibu magħhom packed lunch.
  6. Il-Ħadd 05/11:
    • Fl-4.00pm isir il-pellegrinaġġ annwali mill-Knisja saċ-Ċimiterju bis-sehem tal-fratelli;
    • Fl-4.30pm tibda quddiesa fiċ-Ċimiterju għall-erwieħ ta’ ħutna midfuna hawnhekk, b’mod speċjali dawk li mietu fl-aħħar sena. Fi tmiem jitbierku l-oqbra.
    • Ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali li se tmur għall-ispejjeż biex nieħdu ħsieb iċ-ċimiterju tal-parroċċa. Fl-aħħar jiem tlesta x-xogħol fuq l-ewwel kwart tal-oqbra tal-komun (l-oqbra 25 sa’ 37) li wara li tnaddfu sarulhom kaptelli ġodda għall-wiċċ bi spiża ta’ € 2,750; bejn materjal u ħidma. Jekk Alla jrid, is-sena li ġejja bi ħsiebna nibdlu l-kaptelli tal-wiċċ fi kwart ieħor tal-oqbra tal-komun, dawk ta’ warajhom (jiġifieri l-oqbra 38 sa’ 50) u b’hekk inkunu lestejna nofs il-proġett. Irrid nirringrazzja lil dawk li li b’impenn volontarju jieħdu ħsieb jiftħu ċ-ċimiterju, iżommu dan il-post nadif u jwettqu xogħol ta’ ġardinaġġ bla ħlas.
  7. Avviżi oħra:
    • L-intenzjonijiet għall-quddiesa tas-sena d-dieħla b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin tagħkom se jintlaqgħu b’formoli li jistgħu jinġabru minn fuq il-mejda tal-offerti min-nhar il-Ħamis li ġej. Il-formoli tistgħu teħduhom magħkom id-dar, timlewhom u ġġibuhom magħkom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Kollox ser ikun spjegat fid-dettall fil-formoli. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill-Arċipriet.
    • Il-Ġimgħa 10/11 ser ikollna attivita’ għall-irġiel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Nibdew bil-quddiesa tas-6.30pm u wara kollna transport organizzat għal ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking qed jintlaqa’ mis-sagristija jew fuq il-facebook page tal-parroċċa. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
    • Fuq iz-zuntier, illum għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali ta’ Novembru.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 1,455 għall-missjoni fil-ġabra li saret fil-knisja fi tmiem il-ġimgħa; u
    • € 100 f’donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.