avvizi parrocca

Avviżi – 11.02.2024

Avviżi – 11.02.2024  –  Is-6 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 11/02:
    • Wara l-quddiesa, minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival.
  2. It-Tlieta 13/02:
    • Issir l-aħħar minn sensiela ta’ taħdidiet li l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ qed jorganizza mal-awtoritajiet tas-saħħa dwar kif tindirizza aħjar mumenti diffiċli u ta’ sfida fil-ħajja. Il-laqgħa tat-Tlieta li ġej se tibda nofs siegħa qabel, jiġifieri fid-9.00 minflok fid-9.30am u tibqa għaddejja sa nofsinhar billi ser isiru l-aħħar żewġ sessjonijiet tal-kors. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
  3. L-Erbgħa 14/02, l-Erbgħa tal-Irmied, il-bidu tar-RANDAN Imqaddes u dakinhar hemm l-obbligu għas-Sawm u l-Astinenza.
    • Fil-quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied bħala sinjal ta’ indiema, konverżjoni u penitenza.
    • Fis-6.00pm – Via Sagra (li matul ir-Randan tibqa’ tintalab fil-knisja kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa minflok ir-Rużarju)
    • Fis-6.30pm – Quddiesa li fiha niċċelebraw iċ-Ċentralità tas-salib f’dan iż-żmien speċjali għall-Knisja. Il-quddiesa tkun bis-sehem tal-abbatini, il-Kor Parrokkjali u l-Fratelli. Inħeġġeġ lil kulħadd jattendi biex nagħtu bidu flimkien għall-mixja ta’ 40 ġurnata li twassalna għall-akbar festa għalina l-insara.
  4. Il-Ħamis 15/02:
    • Fis-7.00pm ikollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 16/02:
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-Fratelli f’dan iż-żmien tar-Randan u bi thejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġu lill-fratelli preżenti, lil dawk li kienu, u lil min jixtieq jingħaqad mal-grupp tal-fratelli biex jattendi.
  6. Il-Ħadd 18/02:
    • Il-ġbir ikun għas-Seminarju tal-Arċisqof, post għażiż ħafna għall-Knisja billi hawnhekk jirċievu l-formazzjoni tagħhom is-saċerdoti ta’ għada.
  7. Avviżi oħra:
    • Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Frar mis-7.00am ‘il quddiem fiċ-ċimiterju tal-parroċċa ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun minn numri 38 sa 50. Familjari li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra mitluba jikkuntatjaw lill-Arċipriet għal aktar dettalji.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 790 bħala ġabra speċjali għax-xiri tal-pasturi tal-presepju u għall-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja; u
    • € 60 donazzjonijiet bl-istess għan. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.