avvizi parrocca

Avviżi – 16.06.2024

Avviżi  –  16.06.2024  –  Il-11-il Ħadd ta’ matul is-Sena

Jum il-Missier

  1. Illum 16/06:
    • Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.  Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji tal-parroċċa se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin. Il-parroċċa tieħu l-okkażjoni tawgura u tirringrazzja lill-missirijiet kollha għas-sehem importanti tagħhom fil-familji tagħna.
  2. It-Tlieta 18/06, l-Erbgħa 19/06, u l-Ħamis 20/06:
    • Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. F’dawn il-jiem jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
  3. Il-Ħamis 20/06:
    • Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  4. Il-Ħadd 23/06:
    • Issir il-ġabra speċjali magħrufa bħala “l-Offerta ta’ San Pietru”, jiġifieri offerta b’risq l-għotjiet ta’ karità li jagħmel il-Papa.
    • Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija. Ikun hemm ikel u xorb.
  5. Avviżi oħra:
    • Dawk li jixtiequ jagħmlu reklam fil-programm tal-festa ppublikat mill-parroċċa għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 80 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja; u
    • € 315 minn għotjiet li saru waqt l-Ikla tal-Irġiel. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.