avvizi parrocca

Avviżi – 05.07.2026

Avviżi  –  05.07.2026  –  L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 07/07:
    • Filgħaxija ser norganizzaw żjara li tgħinna nifhmu u napprezzaw ix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr li qed isir fuq il-kwadru titulari ta’ Santa Marija. Ser ikollna trasport li jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.00pm għal-laboratorju tal-kumpanija Atelier del Restauro fejn ikollna spjega dwar ix-xogħol li għaddej. Wara waqfa għal Pizza Buġibba. Inkunu lura Ħad-Dingli fl-10.00pm. Dawk interessati jiġu jistgħu jinkitbu sal-lum.
  2. Il-Ħamis 09/07:
    • Fis-7.00pm, wara l-quddiesa, ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Is-Sibt 11/07:
    • Fl-4.30pm, il-quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  4. Avviżi oħra:
    • Infakkru li l-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa  qed jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja.  Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna jew familja fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju.  Nominazzjonijiet għal dan il-premju, bid-dettalji kollha, għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.
    • F’Lulju ser ikollna żewġ ħarġiet: L-Erbgħa 15 ġurnata Kemmuna. Tluq tat-trasport fit-8.00am minn ħdejn l-għassa. Il-Ġimgħa 24 ikollna ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li tibda bil-quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu, waqfa r-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Kitba għand il-membri tal-fund-raising jew fis-sagristija.
    • Din is-sena l-Mixja tal-Festa ser issir nhar it-Tlieta 4 ta’ Awwissu u minn hawnhekk se nimxu sal-Kappella ta’ San Martin fil-Baħrija. Il-Pellegrinaġġ tal-Muturi ser isir nhar is-Sibt 15 ta’ Awwissu filgħodu mill-Imġarr għall-Ħad-Dingli u b’din l-inizjattiva ser ngħinu ħidmet il-Fondazzjoni Rise.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 85 bħala donazzjonijiet b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Nirringrazzjakom.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.