Avviżi – 12.07.2026 – Il-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- L-Erbgħa 15/07:
- Ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Tluq tat-trasport fit-8.00am minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-fund-raising sat-Tnejn f’nofsinhar.
- Il-Ħamis 16/07:
- Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
- Il-Ħadd 19/07:
- Il-ġabra fil-quddies tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.
- Avviżi oħra:
- L-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq fil-jiem li ġejjin u jerġa’ jiftaħ nhar l-Erbgħa 22/07.
- F’dawn il-jiem qed tirċievu fid-djar fuljett b’informazzjoni utli mill-parroċċa. Tajjeb nieħdu nota tat-tagħrif li qed jitwasslilna. Mezz ieħor ta’ informazzjoni għalikom hi l-paġna tal-facebook tal-parroċċa, fejn ikun hemm ukoll l-avviżi ta’ kull ġimgħa.
- Il-Kumitat Festa Esterna beda l-ġbir bieb bieb tal-envelope bl-offerta tagħna għall-festa ta’ barra. Dettalji tal-ispejjeż u aktar informazzjoni fil-fuljett li qed jitwassal fi djarkom u li mieħgu hemm l-envelope tal-ġabra. Inħeġġiġkom tikkooperaw u tkunu ġenerużi.
- L-Erbgħa 22/07, niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija Maddalena. Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa quddiem il-kappella fuq l-irdum u wara l-ħruq ta’ ħuġġieġa u attività soċjali. Biljetti għall-ikel jinsabu għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa.
- Il-Ġimgħa 24/07 ikollna ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Kitba għand il-membri tal-fund-raising jew fis-sagristija.
- Qed nagħmlu sejħa lit-tfal minn 7 snin ’il fuq biex jingħaqdu mal-kor ‘Joy of the Gospel’ u jiġu għall-ewwel rehearsal li ser issir nhar l-Erbgħa li ġej (15/07) fis-6.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali bi preparazzjoni għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ Santa Marija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 720 fil-ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-kwadru titulari u xogħol ieħor li qed isir fil-Knisja; u
- € 275 f’donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Grazzi.
- Nitolbu għal ruħ John Abela li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .


Ikkummenta