avvizi parrocca

Avviżi – 26.07.2026

Avviżi – 26.07.2026  –  Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Il-Ġimgħa 31/07:
    • Mis-7.30pm ‘il quddiem il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza American & Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. L-attività tinkludi tombla u ikel fuq stil Amerikan. Booking fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
  2. Avviżi oħra:
    • Ħdejn il-bibien tal-knisja tqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lil familji fil-bżonn.
    • Infakkru li jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, tgħarrfuna bihom biex bħala parroċċa inżuruhom.
    • Nixtiequ d-dettalji ta’ koppji li din is-sena qed jagħlqu 10, 25, 50 jew 60 sena miżżewġin biex tinħarġilhom stedina għal quddiesa li se tiġi ċċelebrata fl-aħħar jum tat-tridu tal-festa. Dawn il-koppji jew uliedhom jistgħu jgħaddu d-dettalji lill-Arċipriet.
    • Il-kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija tibda l-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu b’nofs ta’ nhar ta’ adorazzjoni fil-Knisja filgħodu u biċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. L-għada, is-Sibt 8 ta’ Awwissu filgħaxija, ikollna l-ħruġ min-niċċa tal-istatwa ta’ Santa Marija u wara nistednukom nibqgħu flimkien għall-Ikla tal-Festa, fil-pjazza ħdejn il-knisja. Booking għal din l-attività miftuħ.
    • L-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija ser isir nhar it-Tlieta 11 ta’ Awwissu waqt Serata Marjana fil-Knisja li tibda fis-7.30pm. Kulħadd mistieden.
  3. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 250 f’donazzjonijiet għar-restawr tal-kwadru titulari u proġetti oħra li qed isiru fil-parroċċa. Nirringrazzjawkom.
  4. Nitolbu għal ħutna Ġużeppa Borg u Maria Dolores Sammut li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.